+Artikolu 19 Koperazzjoni ma' l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri
---+Artikolu 19 1
---+Artikolu 19 2
---+Artikolu 19 3
---+Artikolu 19 4
---+Artikolu 19 5
---+Artikolu 19 6
---+Artikolu 19 7

Artikolu 19 Koperazzjoni ma' l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 19 1

1. Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kopji ta' notifiki fi żmien tlett ijiem u, malajr kemm jista' jkun, kopji tad-dokument l-aktar importanti li jkunu tħallew mal-Kumissjoni jew li jkunu nħarġu mill-Kummissjoni skond dan ir-Regolament. Dawn id-dokumenti għandhom jinkludi r-rabtiet offruti mill-impriżi konċernati fir-rigward tal-Kummissjoni bil-għan li jagħmlu l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni skond l-Artikolu 6(2) jew l-Artikolu 8(2), it-tieni subparagrafu.

Artikolu 19 2

2. Il-Kummissjoni għandha twettaq il-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament b'koperazzjoni fil-qrib u kostanti ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, li min-naħa tagħhom jistgħu jesprimu l-opinjonijiet tagħhom fuq dawn il-proċeduri. Għall-għanijiet ta' l-Artikolu 9, il-Kummissjoni għandha tikseb informazzjoni mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dak l-Artikolu u tagħtiha l-opportunità li tesprimi l-opinjonijiet tagħha f'kull stadju tal-proċeduri sakemm tkun adottata deċiżjoni skond il-paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu; għal dan il-għan il-Kummissjoni għandha tagħtiha aċċess għall-fajl.

Artikolu 19 3

3. Kumitat ta' Konsulenza dwar konċentrazzjonijiet għandu jkun konsultat qabel ma tittieħed deċiżjoni skond l-Artikolu 8(1) sa (6), l-Artikoli 14 jew 15 minbarra fil-każ ta' deċiżjonijiet proviżorji meħuda skond l-Artikolu 18(2).

Artikolu 19 4

4. Il-Kumitat ta' Konsulenza għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri. Kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentant jew żewġ rappreżentanti; dawn jistgħu jinbidlu b'rappreżentanti oħra jekk ma jkunux jistgħu jattendu. Ta' l-anqas wieħed mir-rappreżentanti ta' Stat Membru għandu jkun kompetenti f'materji li għandhom x'jaqsmu ma' prattiċi restrittivi u posizzjonijiet dominanti.

Artikolu 19 5

5. Il-konsultazzjoni għandha ssir f'laqgħa konġunta msejħa u preseduta mill-Kummissjoni. Flimkien mas-sejħa għal-laqgħa, għandhom jintbagħtu deskrizzjoni qasira tal-każ, indikazzjoni ta' l-aktar dokumenti importanti u abbozz preliminari tad-deċiżjoni li ħa tittieħed fir-rigward ta' kull każ kunsidrat. Il-laqgħa għandha ssir f'mhux anqas minn għaxart ijiem utli minn meta tintbagħat is-sejħa. Il-Kummissjoni tista', f'każijiet eċċezzjonali, tqassar dan il-perjodu skond kif ikun xieraq sabiex tevita li ssir ħsara serja lil impriża jew impriżi milquta minn konċentrazzjoni.

Artikolu 19 6

6. Il-Kumitat ta' Konsulenza għandu jagħti opinjoni dwar l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Jekk ikun hemm bżonn tista' ssir votazzjoni. Il-Kumitat ta' Konsulenza jista' jagħti opinjoni anki jekk xi membri ma jkunux preżenti u ma jkunux rappreżentati. L-opinjoni għandha tingħata bil-miktub u għandha tkun annessa ma' l-abbozz tad-deċiżjoni. Il-Kummissjoni għandha tqis serjament l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat dwar kif ikkunsidrat l-opinjoni tiegħu.

Artikolu 19 7

7. Flimkien mad-deċiżjoni tagħha, l-Kummissjoni għandha tikkomunika l-opinjoni tal-Kumitat ta' Konsulenza lil min tkun indirizzata d-deċiżjoni. Hija għandha tagħmel l-opinjoni aċċessibbli għall-pubbliku flimkien mad-deċiżjoni u dan wara li tkun ikkunsidrat l-interess leġittimu ta' l-impriżi li s-sigrieti tan-negozju tagħhom ikunu protetti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.01.2004 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.