+Artikolu 21 Applikazzjoni tar-Regolament u ġurisdizzjoni
---+Artikolu 21 1
---+Artikolu 21 2
---+Artikolu 21 3
---+Artikolu 21 4
|
Artikolu 21 Applikazzjoni tar-Regolament u ġurisdizzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 21 1
|
1. Dan ir-Regolament biss għandu japplika għal konċentrazzjonijiet kif definiti fl-Artikolu 3, u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1/2003 [8], (KEE) Nru. 1017/68 [9], (KEE) Nru. 4056/86 [10] u (KEE) Nru. 3975/87 [11] ma għandhomx japplikaw, minbarra fir-rigward ta' joint ventures li ma għandhomx dimensjoni Komunitarja u li għandhom bħala skop jew effett il-kordinazzjoni ta' l-imġieba kompetittiva li baqgħa indipendenti.
|
|
Artikolu 21 2
|
2. Il-Kummissjoni biss għandha jkollha ġurisdizzjoni biex tieħu d-deċiżjonijiet imsemmija f'dan ir-Regolament. Dan iżda bla ħsara għal reviżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja.
|
|
Artikolu 21 3
|
3. L-ebda Stat Membru ma għandu japplika l-liġi nazzjonali dwar il-kompetizzjoni fir-rigward ta' konċentrazzjoni li għandha dimensjoni Komunitarja. L-ewwel subparagrafu ma jippreġudikax is-setgħa ta' kull Stat Membru li jwettaq kull inkjesta meħtieġa biex ikunu applikati l-Artikoli 4(4), 9(2) jew wara referenza, skond l-Artikolu 9(3), l-ewwel subparagrafu, inċiż (b), jew l-Artikolu 9(5), biex jieħu l-miżuri meħtieġa strettament għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 9(8).
|
|
Artikolu 21 4
|
4. Minkejja l-paragrafi 2 u 3, Stati Membri jistgħu jieħdu miżuri xierqa sabiex jipproteġu interessi leġittimi, għajr dawk ikkunsidrati f'dan ir-Regolament u li jkunu jaqblu mal-prinċipji ġenerali u dispożizzjonijiet oħra tal-liġi Komunitarja. Sigurtà pubblika, pluralità tal-media u regoli prudenti għandhom ikunu meqjusa bħala interessi leġittimi fis-sens ta' l-ewwel subparagrafu. Kull interess pubbliku ieħor għandu jkun mgħarraf lill-Kummissjoni mill-Istat Membru konċernat u għandhu jkun rikonoxxut mill-Kummissjoni wara li ssir stima ta' jekk huwiex kompatibbli mal-prinċipji ġenerali u dispożizzjonijiet oħra tal-liġi Komunitarja qabel il-miżuri msemmija hawn fuq ikunu jistgħu jittieħdu. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru konċernat dwar id-deċiżjoni tagħha fi żmien 25 jum utli minn meta tkun mgħarrfa dwar l-interess pubbliku.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 29.01.2004 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0139
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|