|
+2. Servizzi: l-aċċessibbiltà tal-karatteristiċi, l-elementi u l-funzjonijiet tas-servizzi … |
2. Servizzi: l-aċċessibbiltà tal-karatteristiċi, l-elementi u l-funzjonijiet tas-servizzi …
Sabiex jiġi massimizzat l-użu prevedibbli minn persuni b’diżabilità, meta r-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà, stipulati fit-Taqsimiet I sa IV ta’ dan l-Anness, ma jindirizzawx funzjoni waħda jew aktar tad-disinn u l-produzzjoni ta’ prodotti jew il-provvista ta’ servizzi, dawk il-funzjonijiet jew il-mezzi għandhom ikunu aċċessibbli billi jikkonformaw mal-kriterji tal-prestazzjoni funzjonali relatati. Dawk il-kriterji tal-prestazzjoni funzjonali jistgħu jintużaw biss bħala alternattiva għal rekwiżit tekniku speċifiku wieħed jew aktar, meta dawn jissemmew fir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà, jekk u biss jekk l-applikazzjoni tal-kriterji tal-prestazzjoni funzjonali tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà u tiddetermina li d-disinn u l-produzzjoni ta’ prodotti u l-provvista ta’ servizzi tirriżulta f’aċċessibbiltà ekwivalenti jew miżjuda għall-użu prevedibbli minn persuni b’diżabilità. (a) Użu mingħajr viżjoni Fejn il-prodott jew is-servizz jipprovdi modalitajiet viżwali ta’ tħaddim, dan għandu jipprovdi wkoll tal-inqas modalità waħda ta’ tħaddim li ma tkunx tirrikjedi viżjoni. (b) Użu b’viżjoni limitata Meta l-prodott jew is-servizz jipprovdi modalitajiet viżwali ta’ tħaddim, dan għandu jipprovdi tal-inqas modalità waħda ta’ tħaddim li tippermetti lill-utenti jħaddmu l-prodott b’viżjoni limitata. (c) Użu mingħajr perċezzjoni tal-kulur Fejn il-prodott jew is-servizz jipprovdi modalitajiet viżwali ta’ tħaddim, dan għandu jipprovdi wkoll tal-inqas modalità waħda ta’ tħaddim li ma tkunx tirrikjedi perċezzjoni tal-utent tal-kulur. (d) Użu mingħajr smigħ Meta l-prodott jew is-servizz jipprovdi modalitajiet tas-smigħ ta’ tħaddim, dan għandu jipprovdi tal-inqas modalità waħda ta’ tħaddim li ma tkunx tirrikjedi smigħ. (e) Użu bi smigħ limitat Meta l-prodott jew is-servizz jipprovdi modalitajiet tas-smigħ ta’ tħaddim, dan għandu jipprovdi tal-inqas modalità waħda ta’ tħaddim b’karatteristiċi awdjo mtejba li tippermetti li l-utenti bi smigħ limitat iħaddmu l-prodott. (f) Użu mingħajr kapaċitajiet vokali Meta l-prodott jew is-servizz jirrikjedi input vokali mill-utenti, dan għandu jipprovdi tal-inqas modalità waħda ta’ tħaddim li ma tkunx tirrikjedi input vokali. Input vokali jinkludi kwalunkwe ħoss iġġenerat mill-fomm bħal diskors, tisfir jew ċaqċiq. (g) Użu b’manipulazzjoni jew saħħa limitati Meta l-prodott jirrikjedi jew is-servizz azzjonijiet manwali, dan għandu jipprovdi tal-inqas modalità waħda ta’ tħaddim li tippermetti lill-utenti jagħmlu użu mill-prodott permezz ta’ azzjonijiet alternattivi li ma jirrikjedux kontroll u manipulazzjoni bil-ħiliet motorji żgħar, saħħa bl-idejn jew it-tħaddim ta’ aktar minn kontroll wieħed fl-istess ħin. (h) Użu b’firxa ta’ moviment limitat L-elementi operazzjonali tal-prodotti għandhom ikunu jistgħu jintlaħqu mill-utenti kollha. Meta l-prodott jew is-servizz jipprovdi modalitajiet manwali ta’ tħaddim, dawn għandhom jipprovdu tal-inqas modalità waħda ta’ tħaddim li titħaddem b’firxa ta’ moviment limitat u b’saħħa limitata. (i) Minimizzazzjoni tar-riskju li jiġu kkawżati kriżijiet fotosensittivi Meta l-prodott jipprovdi modalitajiet viżwali ta’ tħaddim, dan għandu jevita modalitajiet ta’ tħaddim li jikkawżaw kriżijiet fotosensittivi. (j) Użu b’konjizzjoni limitata Il-prodott jew is-servizz għandu jipprovdi tal-inqas modalità waħda ta’ tħaddim li tinkorpora karatteristiċi li jagħmluh aktar sempliċi u faċli biex jintuża. (k) Privatezza Meta l-prodott jew is-servizz jinkorpora karatteristiċi li huma provduti għal aċċessibbiltà, dan għandu jipprovdi tal-inqas modalità waħda ta’ tħaddim li tħares il-privatezza meta jintużaw dawk il-karatteristiċi li huma provduti għal aċċessibbiltà. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|