+ANNESS I
---+1. Rekwiżiti dwar l-għoti ta’ informazzjoni: (a) l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija …
---+2. Interfaċċa tal-utent u disinn tal-funzjonalità: Il-prodott, inkluż l-interfaċċa tal-utent …
---+3. Servizzi ta’ sostenn: Fejn disponibbli, is-servizzi ta’ appoġġ (help desks, ċentri telefoniċi …
---+1. Prodotti: (a) l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni li tikkonċerna l-karatteristiċi tal-funzjoni u …
---+2. Servizzi: l-aċċessibbiltà tal-karatteristiċi, l-elementi u l-funzjonijiet tas-servizzi …
|
ANNESS I
ANNESS I
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
1. Rekwiżiti dwar l-għoti ta’ informazzjoni: (a) l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija …
|
|
1.
|
Rekwiżiti dwar l-għoti ta’ informazzjoni:
|
(a)
|
l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (tikkettar, struzzjonijiet u twissija) għandha tkun:
|
(i)
|
magħmula disponibbli permezz ta’ aktar minn mezz sensorjali wieħed;
|
|
(ii)
|
ippreżentata b’mod li jinftiehem;
|
|
(iii)
|
ippreżentata lill-utenti b’mod li huma jistgħu jipperċepixxu;
|
|
(iv)
|
ippreżentata b’fonts ta’ daqs adegwat u forma adatta, b’kunsiderazzjoni ta’ kundizzjonijiet prevedibbli ta’ użu, u bl-użu ta’ kuntrast suffiċjenti, kif ukoll spazjar aġġustabbli bejn l-ittri, il-linji u l-paragrafi.
|
|
|
(b)
|
l-istruzzjonijiet għall-użu ta’ prodott, li ma jkunux mogħtija fuq il-prodott innifsu iżda jkunu disponibbli permezz tal-użu tal-prodott jew b’mezzi oħra bħal sit web, inkluż il-funzjonijiet tal-aċċessibbiltà tal-prodott, il-mod ta’ kif jiġu attivati u l-interoperabbiltà tagħhom b’soluzzjonijiet ta’ assistenza għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku meta l-prodott jitqiegħed fis-suq u għandhom:
|
(i)
|
jiġu magħmula disponibbli permezz ta’ aktar minn mezz sensorjali wieħed;
|
|
(ii)
|
ikunu ppreżentati b’mod li jinftiehem;
|
|
(iii)
|
ikunu ppreżentati lill-utenti b’modi li jistgħu jipperċepixxuh;
|
|
(iv)
|
ikunu ppreżentati b’fonts ta’ daqs adegwat u forma adatta, b’kunsiderazzjoni ta’ kundizzjonijiet prevedibbli ta’ użu, u bl-użu ta’ kuntrast suffiċjenti, kif ukoll spazjar aġġustabbli bejn l-ittri, il-linji u l-paragrafi;
|
|
(v)
|
rigward il-kontenut, ikun magħmul disponibbli f’formati tat-test li jistgħu jintużaw biex jiġu ġġenerati formati ta’ assistenza alternattivi li jiġu ppreżentati b’modi differenti u permezz ta’ aktar minn mezz sensorjali wieħed;
|
|
(vi)
|
ikunu akkumpanjati minn preżentazzjoni alternattiva ta’ kwalunkwe kontenut mhux testwali;
|
|
(vii)
|
jinkludu deskrizzjoni tal-interfaċċa tal-utent tal-prodott (trattament, kontroll u feedback, input u output) mogħtija f’konformità mal-punt 2; id-deskrizzjoni għandha tindika għall kull wieħed mill-punti fil-punt 2 jekk il-prodott jipprovdix tali karatteristiċi;
|
|
(viii)
|
jinkludu deskrizzjoni tal-funzjonalità tal-prodott li tingħata permezz ta’ funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ persuni b’diżabbiltà, f’konformità mal-punt 2; id-deskrizzjoni għandha tindika għal kull wieħed mill-punti fil-punt 2 jekk il-prodott jipprovdix dawk il-karatteristiċi;
|
|
(ix)
|
jinkludu deskrizzjoni tal-interfaċċar tas-software u l-hardware tal-prodott ma’ tagħmir ta’ assistenza; id-deskrizzjoni għandha tinkludi lista ta’ dak it-tagħmir ta’ assistenza li ġie ttestjat flimkien mal-prodott.
|
|
|
|
|
2. Interfaċċa tal-utent u disinn tal-funzjonalità: Il-prodott, inkluż l-interfaċċa tal-utent …
|
|
2.
|
Interfaċċa tal-utent u disinn tal-funzjonalità:
Il-prodott, inkluż l-interfaċċa tal-utent tiegħu, għandu jkun fih karatteristiċi, elementi u funzjonijiet, li jippermettu lill-persuni b’diżabilità jaċċessaw, jipperċepixxu, iħaddmu, jifhmu u jikkontrollaw il-prodott billi jiġi żgurat li:
|
(a)
|
meta l-prodott jipprevedi komunikazzjoni, inkluż komunikazzjoni interpersonali, operazzjoni, informazzjoni, kontroll u orjentazzjoni, huwa għandu jagħmel dan permezz ta’ aktar minn mezz sensorjali wieħed; dan għandu jinkludi l-għoti ta’ alternattivi għall-elementi tal-vista, tas-smigħ, tad-diskors u tal-mess;
|
|
(b)
|
meta l-prodott juża d-diskors għandhom jiġu proposti alternattivi għad-diskors u għall-input bil-vuċi għall-komunikazzjoni, it-tħaddim, il-kontroll u l-orjentazzjoni;
|
|
(c)
|
meta l-prodott juża elementi viżivi huwa għandu jipprevedi tkabbir, dija u kuntrast flessibbli għall-komunikazzjoni, l-informazzjoni u l-użu, kif ukoll jiżgura l-interoperabbiltà mal-programmi u t-tagħmir ta’ assistenza biex tiġi nnavigata l-interfaċċa;
|
|
(d)
|
meta l-prodott juża l-kulur biex iwassal informazzjoni, jindika azzjoni, jitlob risposta jew jidentifika elementi, huwa għandu jipprovdi alternattiva għall-kulur;
|
|
(e)
|
meta l-prodott juża sinjali li jinstemgħu biex jagħti informazzjoni, jindika azzjoni, jitlob risposta jew jidentifika elementi, huwa għandu jipprovdi alternattiva għas-sinjali li jinstemgħu;
|
|
(f)
|
meta l-prodott juża elementi viżivi, huwa għandu jipprovdi modi flessibbli biex titjieb iċ-ċarezza tal-viżjoni;
|
|
(g)
|
meta l-prodott juża l-awdjo, huwa għandu jipprovdi kontroll mill-utent tal-volum u l-veloċità, u karatteristiċi awdjo msaħħa inkluż it-tnaqqis ta’ sinjali awdjo ta’ interferenza minn prodotti fil-madwar u ċ-ċarezza tal-awdjo;
|
|
(h)
|
meta l-prodott jeħtieġ operazzjoni u kontroll manwali, huwa għandu jipprevedi kontroll sekwenzjali u alternattivi għal kontroll ibbażat fuq kapaċitajiet motorji fiċ-ċokon, filwaqt li tiġi evitata l-ħtieġa għal kontrolli simultanji għall-manipulazzjoni, u għandu juża partijiet identifikabbli bil-mess;
|
|
(i)
|
il-prodott għandu jevita modi ta’ tħaddim li jeħtieġu moviment estensiv u saħħa kbira;
|
|
(j)
|
il-prodott għandu jevita li jikkawża kriżi fotosensittiva;
|
|
(k)
|
il-prodott għandu jipproteġi l-privatezza tal-utenti meta dawn jużaw l-karatteristiċi ta’ aċċessibbiltà;
|
|
(l)
|
il-prodott għandu jipprovdi alternattiva għall-identifikazzjoni u l-kontroll bijometriċi;
|
|
(m)
|
il-prodott għand jiżgura il-konsistenza tal-funzjonalità u għandu jipprovdi ammonti ta’ żmien suffiċjenti u flessibbli għall-interazzjoni;
|
|
(n)
|
il-prodott għandu jipprovdi software u hardware għall-interfaċċar mat-teknoloġija ta’ assistenza;
|
|
(o)
|
il-prodott għandu jkun konformi mar-rekwiżiti speċifiċi għas-settur li ġejjin:
|
(i)
|
terminals self-service:
|
—
|
għandhom jipprevedu teknoloġija tal-qari awtomatiku tat-test;
|
|
—
|
għandhom jippermettu l-użu ta’ kuffji personali;
|
|
—
|
meta jkun meħtieġ rispons bil-ħin, għandhom javżaw lill-utent permezz ta’ aktar minn mezz sensorjali wieħed;
|
|
—
|
għandhom jagħtu l-possibbiltà li jiġi estiż iż-żmien li jingħata;
|
|
—
|
għandu jkollhom kuntrast adegwat u f’każ li jkunu disponibbli buttuni u kontrolli, dawn għandhom ikunu identifikabbli bil-mess;
|
|
—
|
m’għandhomx jeħtieġu li tkun attivata karatteristika ta’ aċċessibbiltà biex utent li jkun jeħtieġ dik il-karatteristika jkun jista’ jużahom;
|
|
—
|
meta l-prodott juża sinjali awdjo jew li jinstemgħu, dan għandu jkun kompatibbli mal-apparati u t-teknoloġiji ta’ assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni, inkluż teknoloġiji tas-smigħ bħal apparat akustiku (hearing aids), telecoils, impjanti tal-koklea u tagħmir ta’ assistenza għas-smigħ;
|
|
|
(ii)
|
qarrejja elettroniċi għandhom jipprevedu teknoloġija tal-qari awtomatiku tat-test;
|
|
(iii)
|
tagħmir tat-terminals għall-konsumatur b’kapaċità informatika interattiva użat għall-provvista ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika:
|
—
|
għandu, meta prodotti bħal dawn minbarra l-vuċi jkollhom l-kapaċità tat-test, jipprevedi li t-test jiġi ttrattat fil-ħin reali u kompatibbiltà ma’ awdjo hifi;
|
|
—
|
għandu, meta l-prodotti jkollhom kapaċitajiet vidjo flimkien ma’ jew f’taħlita ta’ test u vuċi, jipprevedi li tiġi ttrattata l-konverżazzjoni kollha inkluż vuċi sinkronizzata, test f’ħin reali, u vidjo b’riżoluzzjoni li tippermetti l-komunikazzjoni bil-lingwa tas-sinjali;
|
|
—
|
għandu jiżgura konnessjoni bla fili effikaċi għal teknoloġiji tas-smigħ;
|
|
—
|
għandu jevita interferenzi ma’ tagħmir ta’ assistenza;
|
|
|
(iv)
|
tagħmir tat-terminals għall-konsumatur b’kapaċità informatika interattiva użat għal servizzi tal-media awdjoviżiva għandu jagħmel disponibbli lill-persuni b’diżabilità l-komponenti ta’ aċċessibbiltà pprovduti mill-fornitur tas-servizzi tal-media awdjoviżiva, għall-aċċess, l-għażla, il-kontroll u l-personalizzazzjoni mill-utent u għat-trasmissjoni lejn tagħmir ta’ assistenza.
|
|
|
|
|
3. Servizzi ta’ sostenn: Fejn disponibbli, is-servizzi ta’ appoġġ (help desks, ċentri telefoniċi …
|
|
3.
|
Servizzi ta’ sostenn:
Fejn disponibbli, is-servizzi ta’ appoġġ (help desks, ċentri telefoniċi, appoġġ tekniku, servizzi ta’ trażmissjoni u servizzi ta’ taħriġ) għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tal-prodott u l-kompatibbiltà tiegħu ma’ teknoloġiji ta’ assistenza, b’modi ta’ komunikazzjoni aċċessibbli.
|
Taqsima ii
rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà marbuta ma’ prodotti fl-artikolu 2(1), ħlief għat-terminals self-service msemmija fl-artikolu 2(1)(b)
Minbarra R-REKWIŻITI TAt-Taqsima I, l-imballaġġ u l-istruzzjonijiet tal-prodotti koperti minn din it-Taqsima għandhom isiru aċċessibbli, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b’diżabilità. Dan Ifisser li:
|
(a)
|
l-imballaġġ tal-prodott, inkluż l-informazzjoni pprovduta fih (pereżempju dwar kif jinfetaħ, jingħalaq, jintuża, jintrema), inkluż, fejn provduta, informazzjoni dwar il-karatteristiċi ta’ aċċessibbiltà tal-prodott, għandhom isiru aċċessibbli; u, meta jkun fattibbli, li għandha tingħata informazzjoni fuq l-imballaġġ;
|
|
(b)
|
l-istruzzjonijiet għall-installazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott li ma jkunux provduti fuq il-prodott innifsu iżda jkunu disponibbli b’mezzi oħra bħal sit web għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku meta l-prodott jitqiegħed fis-suq u għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
(i)
|
ikunu disponibbli permezz ta’ aktar minn mezz sensorjali wieħed;
|
|
(ii)
|
ikunu ppreżentati b’mod li jinftiehem;
|
|
(iii)
|
ikunu ppreżentati lill-utenti b’modi li jistgħu jipperċepixxuh;
|
|
(iv)
|
ikunu ppreżentati f’fonts ta’ daqs adegwat u forma adatta, b’kunsiderazzjoni ta’ kundizzjonijiet prevedibbli ta’ użu, u bl-użu ta’ kuntrast suffiċjenti, kif ukoll spazjar aġġustabbli bejn l-ittri, il-linji u l-paragrafi;
|
|
(v)
|
il-kontenut tal-istruzzjonijiet għandu jsir disponibbli f’formati tat-test li jistgħu jintużaw biex jiġu ġġenerati formati ta’ assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b’modi differenti u permezz ta’ aktar minn mezz sensorjali wieħed; u
|
|
(vi)
|
istruzzjonijiet li fihom kwalunkwe kontenut mhux testwali għandhom ikunu akkumpanjati minn preżentazzjoni alternattiva ta’ dak il-kontenut.
|
|
Taqsima iii
rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà ġenerali relatati mas-servizzi kollha koperti minn din id-direttiva f’konformità mal-artikolu 2(2)
Il-provvista ta’ servizzi sabiex jiġi massimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b’diżabilità, għandha titwettaq billi:
|
(a)
|
tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-prodotti użati fil-forniment tas-servizz, f’konformità mat-Taqsima I ta’ dan l-Anness, u fejn applikabbli, it-Taqsima II tiegħu;
|
|
(b)
|
tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz, u fejn il-prodotti jintużaw fil-forniment tas-servizz, ir-rabta tiegħu ma’ dawn il-prodotti kif ukoll informazzjoni dwar il-karatteristiċi ta’ aċċessibbiltà u interoperabbiltà tagħhom ma’ tagħmir u faċilitajiet ta’ assistenza:
|
(i)
|
l-informazzjoni ssir disponibbli permezz ta’ aktar minn mezz sensorjali wieħed;
|
|
(ii)
|
il-preżentazzjoni tal-informazzjoni b’mod li jinftiehem;
|
|
(iii)
|
il-preżentazzjoni tal-informazzjoni lill-utenti b’modi li huma jistgħu jipperċepixxu;
|
|
(iv)
|
il-kontenut tal-informazzjoni jsir disponibbli f’formati ta’ test li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati alternattivi ta’ assistenza li għandhom ikunu ppreżentati b’modi differenti mill-utenti u permezz ta’ aktar minn mezz sensorjali wieħed;
|
|
(v)
|
il-preżentazzjoni f’fonts ta’ daqs adegwat u forma adatta, li b’kunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet prevedibbli ta’ użu u bl-użu ta’ kuntrast suffiċjenti, kif ukoll spazjar aġġustabbli bejn l-ittri, il-linji u l-paragrafi;
|
|
(vi)
|
kwalunkwe kontenut mhux testwali jiġi ssupplimentat bi preżentazzjoni alternattiva ta’ dak il-kontenut; u
|
|
(vii)
|
il-provvista ta’ informazzjoni elettronika meħtieġa fil-forniment ta’ servizz b’mod konsistenti u adegwat billi tagħmlu perċepibbli, operabbli, jinftiehem u robust;
|
|
|
(c)
|
is-siti web, inkluż l-applikazzjonijiet online marbuta magħhom, u s-servizzi bbażati fuq tagħmir mobbli, inkluż applikazzjonijiet mobbli, isiru aċċessibbli b’mod konsistenti u adegwat billi jsiru perċepibbli, operabbli, jinftiehmu u robusti;
|
|
(d)
|
fejn disponibbli, is-servizzi ta’ appoġġ (help desks, ċentri telefoniċi, appoġġ tekniku, servizzi ta’ trażmissjoni u servizzi ta’ taħriġ) li jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tas-servizz u l-kompatibbiltà tiegħu ma’ teknoloġiji ta’ assistenza, b’modi ta’ komunikazzjoni aċċessibbli.
|
Taqsima iv
rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà addizzjonali relatati ma’ servizzi speċifiċi
Il-provvista ta’ servizzi biex jiġi massimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b’diżabbiltà, għandha titwettaq billi jiġu inklużi funzjonijiet, prattiċi, politiki u proċeduri u trasformazzjonijiet fl-użu tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ persuni b’diżabilità u jiżguraw l-interoperabbiltà ma’ teknoloġiji ta’ assistenza:
|
(a)
|
Servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, inkluż dawk il-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza msemmija fl-Artikolu 109(2) tad-Direttiva (UE) 2018/1972:
|
(i)
|
il-forniment ta’ test f’ħin reali flimkien ma’ komunikazzjoni bil-vuċi;
|
|
(ii)
|
il-forniment ta’ konverżazzjoni sħiħa fejn il-vidjo huwa provdut flimkien ma’ komunikazzjoni bil-vuċi;
|
|
(iii)
|
jiġi żgurat li l-komunikazzjoni ta’ emerġenza bl-użu tal-vuċi, it-test (inkluż test f’ħin reali) tkun sinkronizzata u fejn ikun provdut il-vidjo tkun sinkronizzata wkoll bħala konverżazzjoni sħiħa u trażmessa mill-fornituri ta’ servizz ta’ komunikazzjoni elettronika lill-PSAP l-aktar xieraq.
|
|
|
(b)
|
Servizzi li jipprovdu aċċess għal servizzi tal-media awdjoviżiva:
|
(i)
|
il-forniment ta’ gwidi tal-programmi elettroniċi (EPGs) li huma perċepibbli, operabbli, jinftiehmu u robusti u jipprovdu informazzjoni dwar id-disponibbiltà tal-aċċessibbiltà;
|
|
(ii)
|
l-iżgurar li l-komponenti ta’ aċċessibbiltà (servizzi ta’ aċċess) tas-servizzi tal-media awdjoviżiva bħal sottotitoli għall-persuni neqsin mis-smigħ u għal dawk b’diffikultajiet ta’ smigħ, deskrizzjoni awdjo, sottotitoli mitkellma u interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali huma trażmessi b’mod sħiħ bi kwalità adegwata biex jintwerew b’mod preċiż, u jkunu sinkronizzati mal-ħoss u l-vidjo, waqt li jkun possibbli kontroll mill-utent tal-wiri u l-użu tagħhom.
|
|
|
(c)
|
Servizzi ta’ trasport tal-passiġġieri bl-ajru, bix-xarabank, bil-ferrovija u fuq l-ilma, ħlief għal servizzi ta’ trasport urban u suburban u servizzi ta’ trasport reġjonali:
|
(i)
|
jiġi żgurat li tingħata informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tal-vetturi, l-infrastruttura tal-madwar u tal-ambjent mibni u dwar l-assistenza lill-persuni b’diżabilità;
|
|
(ii)
|
jiġi żgurat li tingħata informazzjoni dwar magni intelliġenti tal-biljetti (riservazzjoni elettronika, prenotazzjoni ta’ biljetti, eċċ.), informazzjoni tal-passiġġieri f’ħin reali (skedi, informazzjoni dwar tfixkil tat-traffiku, is-servizzi ta’ kollegament, vjaġġar ’il barra b’modi oħra ta’ trasport, eċċ.), u informazzjoni addizzjonali dwar is-servizz (eż. persunal ta’ stazzjonijiet, lifts li ma jaħdmux jew servizzi li huma temporanjament mhux disponibbli).
|
|
|
(d)
|
Servizzi ta’ trasport urban u suburban u servizzi ta’ trasport reġjonali: tiġi żgurata l-aċċessibbiltà ta’ terminals self-service użati fil-forniment tas-servizz f’konformità mat-Taqsima I ta’ dan l-Anness.
|
|
(e)
|
Servizzi bankarji għall-konsumatur:
|
(i)
|
jiġu provduti metodi ta’ identifikazzjoni, firem elettroniċi, sigurtà u servizzi ta’ pagament li huma perċepibbli, operabbli, jinftiehmu u robusti;
|
|
(ii)
|
jiġi żgurat li l-informazzjoni tkun tinftiehem, mingħajr ma jinqabeż livell ta’ kumplessità aktar mil-livell B2 (intermedju għoli) tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi tal-Kunsill tal-Ewropa.
|
|
|
(f)
|
Kotba elettroniċi:
|
(i)
|
jiġi żgurat li meta ktieb elettroniku jkun fih awdjo flimkien ma’ test, dan imbagħad jipprovdi test u awdjo sinkronizzati;
|
|
(ii)
|
jiġi żgurat li fajls diġitali tal-ktieb elettroniku ma jżommux lit-teknoloġija ta’ assistenza milli topera tajjeb;
|
|
(iii)
|
jiġi żgurat aċċess għall-kontenut, in-navigazzjoni tal-kontenut tal-fajl u t-tqassim inkluż it-tqassim dinamiku, il-forniment tal-istruttura, il-flessibilità u l-għażla fil-preżentazzjoni tal-kontenut;
|
|
(iv)
|
jiġi permess twassil alternattiv tal-kontenut u l-interoperabbiltà tiegħu ma’ varjetà ta’ teknoloġiji ta’ assistenza, b’tali mod li jista’ jkun perċepibbli, li jinftiehem, operabbli u robust;
|
|
(v)
|
jiġi żgurat li dawn jinstabu billi tiġi provduta informazzjoni permezz ta’ metadata dwar il-karatteristiċi ta’ aċċessibbiltà tagħhom;
|
|
(vi)
|
jiġi żgurat li miżuri ta’ ġestjoni ta’ drittijiet diġitali ma jimblokkawx fatturi ta’ aċċessibbiltà.
|
|
|
(g)
|
Servizzi ta’ kummerċ elettroniku:
|
(i)
|
tiġi pprovduta l-informazzjoni rigward l-aċċessibbiltà tal-prodotti u s-servizzi mibjugħa meta din l-informazzjoni tkun provduta mill-operatur ekonomiku responsabbli;
|
|
(ii)
|
jiġi żgurat li l-aċċessibbiltà tal-funzjonalità għall-identifikazzjoni, is-sigurtà u l-pagament meta jitwasslu bħala parti minn servizz minflok prodott billi jkunu perċepibbli, operabbli, jinftiehmu u robusti;
|
|
(iii)
|
jiġu provduti metodi ta’ identifikazzjoni, firem elettroniċi, u servizzi ta’ pagament li huma perċepibbli, operabbli, jinftiehmu u robusti.
|
|
Taqsima v
rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà speċifiċi marbuta mat-tweġib tal-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza fuq in-numru uniku ta’ emerġenza ewropew ‘112’ mill-psap l-aktar xieraq
Sabiex jiġi massimizzat l-użu previst tagħhom minn persuni b’diżabilità, it-tweġib ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza fuq in-numru uniku ta’ emerġenza Ewropew ‘112’, mill-PSAP l-aktar xieraq, għandu jitwettaq billi jinkludi funzjonijiet, prattiċi, politiki u proċeduri u alterazzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ persuni b’diżabilità. Il-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza fuq in-numru uniku ta’ emerġenza Ewropew ‘112’, għandhom jitwieġbu kif xieraq, bl-aħjar mod li jaqbel għall-organizzazzjoni nazzjonali tas-sistemi ta’ emerġenza, bl-aktar PSAP xieraq bl-istess mezz ta’ komunikazzjoni kif waslu, jiġifieri bl-użu ta’ vuċi u test sinkronizzati (inkluż it-test f’ħin reali), jew, fejn huwa provdut vidjo, il-vuċi, it-test (inkluż it-test f’ħin reali) u l-vidjo sinkronizzati bħala konverżazzjoni sħiħa.
Taqsima vi
rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-karatteristiċi, elementi jew funzjonijiet tal-prodotti u servizzi f’konformità mal-artikolu 24(2)
Il-preżunzjoni li jitwettqu l-obbligi rilevanti stabbiliti f’atti oħra tal-Unjoni dwar karatteristiċi, elementi jew funzjonijiet tal-prodotti u servizzi teħtieġ dan li ġej:
|
|
1. Prodotti: (a) l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni li tikkonċerna l-karatteristiċi tal-funzjoni u …
|
|
1.
|
Prodotti:
|
(a)
|
l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni li tikkonċerna l-karatteristiċi tal-funzjoni u tal-aċċessibbiltà marbuta mal-prodotti tikkonforma mal-elementi korrispondenti stabbiliti fil-punt 1 tat-Taqsima I ta’ dan l-Anness, jiġifieri l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu u l-istruzzjonijiet għall-użu ta’ prodotti, mhux mogħtija fuq il-prodott innifsu iżda disponibbli permezz tal-użu tal-prodott jew b’mezzi oħra bħal sit web;
|
|
(b)
|
l-aċċessibbiltà ta’ karatteristiċi, elementi u funzjonijiet tal-interfaċċa tal-utent u tad-disinn tal-funzjonalità tal-prodotti tikkonforma mar-rekwiżiti korrispondenti ta’ aċċessibbiltà għal tali interfaċċa tal-utent jew disinn tal-funzjonalità stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima I ta’ dan l-Anness;
|
|
(c)
|
l-aċċessibbiltà tal-imballaġġ, inkluż l-informazzjoni mogħtija fih u l-istruzzjonijiet għall-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott mhux mogħtija fil-prodott innifsu iżda disponibbli permezz ta’ mezzi oħra bħal sit web, ħlief għal terminals self service, tikkonforma mar-rekwiżiti korrispondenti ta’ aċċessibbiltà stabbiliti fit-Taqsima II ta’ dan l-Anness.
|
|
|
|
2. Servizzi: l-aċċessibbiltà tal-karatteristiċi, l-elementi u l-funzjonijiet tas-servizzi …
|
|
2.
|
Servizzi:
|
|
l-aċċessibbiltà tal-karatteristiċi, l-elementi u l-funzjonijiet tas-servizzi tikkonforma mar-rekwiżiti korrispondenti ta’ aċċessibbiltà għal dawk il-karatteristiċi, l-elementi u l-funzjonijiet stabbiliti fit-Taqsimiet marbuta mas-servizzi ta’ dan l-Anness.
|
|
Taqsima vii
kriterji tal-prestazzjoni funzjonali
Sabiex jiġi massimizzat l-użu prevedibbli minn persuni b’diżabilità, meta r-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà, stipulati fit-Taqsimiet I sa IV ta’ dan l-Anness, ma jindirizzawx funzjoni waħda jew aktar tad-disinn u l-produzzjoni ta’ prodotti jew il-provvista ta’ servizzi, dawk il-funzjonijiet jew il-mezzi għandhom ikunu aċċessibbli billi jikkonformaw mal-kriterji tal-prestazzjoni funzjonali relatati. Dawk il-kriterji tal-prestazzjoni funzjonali jistgħu jintużaw biss bħala alternattiva għal rekwiżit tekniku speċifiku wieħed jew aktar, meta dawn jissemmew fir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà, jekk u biss jekk l-applikazzjoni tal-kriterji tal-prestazzjoni funzjonali tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà u tiddetermina li d-disinn u l-produzzjoni ta’ prodotti u l-provvista ta’ servizzi tirriżulta f’aċċessibbiltà ekwivalenti jew miżjuda għall-użu prevedibbli minn persuni b’diżabilità. (a) Użu mingħajr viżjoni Fejn il-prodott jew is-servizz jipprovdi modalitajiet viżwali ta’ tħaddim, dan għandu jipprovdi wkoll tal-inqas modalità waħda ta’ tħaddim li ma tkunx tirrikjedi viżjoni. (b) Użu b’viżjoni limitata Meta l-prodott jew is-servizz jipprovdi modalitajiet viżwali ta’ tħaddim, dan għandu jipprovdi tal-inqas modalità waħda ta’ tħaddim li tippermetti lill-utenti jħaddmu l-prodott b’viżjoni limitata. (c) Użu mingħajr perċezzjoni tal-kulur Fejn il-prodott jew is-servizz jipprovdi modalitajiet viżwali ta’ tħaddim, dan għandu jipprovdi wkoll tal-inqas modalità waħda ta’ tħaddim li ma tkunx tirrikjedi perċezzjoni tal-utent tal-kulur. (d) Użu mingħajr smigħ Meta l-prodott jew is-servizz jipprovdi modalitajiet tas-smigħ ta’ tħaddim, dan għandu jipprovdi tal-inqas modalità waħda ta’ tħaddim li ma tkunx tirrikjedi smigħ. (e) Użu bi smigħ limitat Meta l-prodott jew is-servizz jipprovdi modalitajiet tas-smigħ ta’ tħaddim, dan għandu jipprovdi tal-inqas modalità waħda ta’ tħaddim b’karatteristiċi awdjo mtejba li tippermetti li l-utenti bi smigħ limitat iħaddmu l-prodott. (f) Użu mingħajr kapaċitajiet vokali Meta l-prodott jew is-servizz jirrikjedi input vokali mill-utenti, dan għandu jipprovdi tal-inqas modalità waħda ta’ tħaddim li ma tkunx tirrikjedi input vokali. Input vokali jinkludi kwalunkwe ħoss iġġenerat mill-fomm bħal diskors, tisfir jew ċaqċiq. (g) Użu b’manipulazzjoni jew saħħa limitati Meta l-prodott jirrikjedi jew is-servizz azzjonijiet manwali, dan għandu jipprovdi tal-inqas modalità waħda ta’ tħaddim li tippermetti lill-utenti jagħmlu użu mill-prodott permezz ta’ azzjonijiet alternattivi li ma jirrikjedux kontroll u manipulazzjoni bil-ħiliet motorji żgħar, saħħa bl-idejn jew it-tħaddim ta’ aktar minn kontroll wieħed fl-istess ħin. (h) Użu b’firxa ta’ moviment limitat L-elementi operazzjonali tal-prodotti għandhom ikunu jistgħu jintlaħqu mill-utenti kollha. Meta l-prodott jew is-servizz jipprovdi modalitajiet manwali ta’ tħaddim, dawn għandhom jipprovdu tal-inqas modalità waħda ta’ tħaddim li titħaddem b’firxa ta’ moviment limitat u b’saħħa limitata. (i) Minimizzazzjoni tar-riskju li jiġu kkawżati kriżijiet fotosensittivi Meta l-prodott jipprovdi modalitajiet viżwali ta’ tħaddim, dan għandu jevita modalitajiet ta’ tħaddim li jikkawżaw kriżijiet fotosensittivi. (j) Użu b’konjizzjoni limitata Il-prodott jew is-servizz għandu jipprovdi tal-inqas modalità waħda ta’ tħaddim li tinkorpora karatteristiċi li jagħmluh aktar sempliċi u faċli biex jintuża. (k) Privatezza Meta l-prodott jew is-servizz jinkorpora karatteristiċi li huma provduti għal aċċessibbiltà, dan għandu jipprovdi tal-inqas modalità waħda ta’ tħaddim li tħares il-privatezza meta jintużaw dawk il-karatteristiċi li huma provduti għal aċċessibbiltà.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 07.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0882
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|