+ANNESS V
---+1. Standards komuni għat-trażmissjoni: (a) ir-rapportar għandu jkun f'waqtu u fl-iskandenzi …
---+2. Standards minimi għall-preċiżjoni: (a) l-informazzjoni statistika għandha tkun korretta: kull …
---+3. Standards minimi għal konformità mal-kunċetti: (a) l-informazzjoni statistika għandha …
---+4. Standards minimi għal reviżjonijiet: Il-politika ta' reviżjonijiet u l-proċeduri stabbiliti …

ANNESS V

ANNESS V

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
1. Standards komuni għat-trażmissjoni: (a) ir-rapportar għandu jkun f'waqtu u fl-iskandenzi …

1.

Standards komuni għat-trażmissjoni:

(a)

ir-rapportar għandu jkun f'waqtu u fl-iskandenzi stabbiliti mill-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) rilevanti;

(b)

ir-rapporti statistiċi jridu jieħdu l-forma u l-format mill-obbligi ta' rapportar tekniċi stabbiliti mill-BĊN relevanti;

(c)

l-aġent li jirrapporta għandu jagħti d-dettalji ta' persuna ta' kuntatt waħda jew aktar lil kull BĊN relevanti;

(d)

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-trażmissjoni ta' dejta lill-BĊN relevanti jridu jiġu segwiti.

2. Standards minimi għall-preċiżjoni: (a) l-informazzjoni statistika għandha tkun korretta: kull …

2.

Standards minimi għall-preċiżjoni:

(a)

l-informazzjoni statistika għandha tkun korretta: kull restrizzjoni lineari għandha tiġi sodisfatta, eż. is-subtotali għandhom jammontaw għat-totali, u d-dejta għandha tkun konsistenti bejn il-frekwenzi kollha;

(b)

l-aġenti li jirrapportaw għandhom ikunu kapaċi jagħtu tagħrif dwar l-iżviluppi implikati mid-dejta mibgħuta;

(c)

l-informazzjoni statistika għandha tkun kompluta u m'għandhiex ikollha lakuni kontinwi u strutturali; il-lakuni fir-rapportar għandhom ikunu tranżitorji u għandhom jiġu rrapportati lill-BĊN (u mill-BĊN lill-BĊE), spjegati lill-BĊN relevanti u, fejn applikabbli, mimlija mill-aktar fis possibbli;

(d)

l-operaturi li jirrapportaw għandhom isegwu d-dimensjonijiet, il-politika tal-approssimazzjoni u d-deċimali stabbiliti mill-BĊN relevanti għat-trażmissjoni teknika tad-dejta.

3. Standards minimi għal konformità mal-kunċetti: (a) l-informazzjoni statistika għandha …

3.

Standards minimi għal konformità mal-kunċetti:

(a)

l-informazzjoni statistika għandha tikkonforma mad-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet li jinsabu f'dan ir-Regolament;

(b)

f'każ ta' devjazzjonijiet minn dawn id-definizzjonijiet u klassifikazzjonijiet, l-aġenti li jirrapportaw għandhom jeliminaw minnufih differenzi bejn il-miżura użata u l-miżura li tinsab f'dan ir-Regolament;

(c)

l-operaturi li jirrapportaw għandhom ikunu jistgħu jispjegaw interruzzjonijiet fid-dejta mibgħuta meta mqabbla maċ-ċifri tal-perijodi preċedenti.

4. Standards minimi għal reviżjonijiet: Il-politika ta' reviżjonijiet u l-proċeduri stabbiliti …

4.

Standards minimi għal reviżjonijiet:

Il-politika ta' reviżjonijiet u l-proċeduri stabbiliti mill-BĊE u l-BĊN relevanti għandhom jiġu segwiti. Reviżjonijiet li jiddevjaw mir-reviżjonijiet regolari għandhom jiġu akkompanjati b'noti ta' spjegazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.06.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R0867
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.