+Artikolu 3 Kamp ta' Applikazzjoni
---+Artikolu 3 1
---+Artikolu 3 2
---+Artikolu 3 3
---+Artikolu 3 4
---+Artikolu 3 5
---+Artikolu 3 6
---+Artikolu 3 7
---+Artikolu 3 8
---+Artikolu 3 9

Artikolu 3 Kamp ta' Applikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1

1. L-istima ambjentali, skond l-Artikoli 4 sa 9, għandha ssir għall-pjanijiet u l-programmi msemmija fil-paragrafi 2 sa 4 li x'aktarx ikollhom effetti ambjentali sinifikanti.

Artikolu 3 2

2. Bla ħsara għall-paragrafu 3, stima ambjentali għandha ssir għall-pjanijiet u l-programmi kollha,

(a) li huma ppreparati għall-agrikoltura, il-forestrija, is-sajd, l-enerġija, l-industrija, it-trasport, l-immaniġġjar ta' l-iskart, l-amministrazzjoni ta' l-ilma, it-telekomunikazzjonijiet, it-turiżmu, pjanar ta' bliet u l-kampanja jew l-użu ta' l-art u li jistabilixxu l-qafas għall-kunsens futur għall-iżvilupp tal-proġetti elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva 85/337/KEE, jew

(b) li, in vista ta' l-effett fuq iż-żoni li x'aktarx, ġew stabbiliti biex jiksbu stima bis-saħħa ta' l-Artikolu 6 jew 7 tad-Direttiva 92/43/KEE.

Artikolu 3 3

3. Pjanijiet u programmi msemmija fil-paragrafu 2 li jistabbilixxu l-użu ta' żoni żgħar fil-livell lokali u modifiki żgħar għall-pjanijiet u l-programmi msemmija fil-paragrafu 2 jkunu jeħtieġu stima ambjentali biss meta l-Istati Membri jistabbilixxu li dawn x'aktarx ikollhom effetti ambjentali sinifikanti.

Artikolu 3 4

4. L-Istati Membri għandhom jistabilixxu jekk il-pjanijiet u l-programmi, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 2, li jissettjaw il-qafas għall-kunsens futur ta' l-iżvilupp tal-proġetti, hux ser ikollhom effetti ambjentali sinifikanti.

Artikolu 3 5

5. L-Istati Membri għandhom jistabilixxu jekk il-pjanijiet jew il-programmi msemmija fil-paragrafi 3 u 4 hux ser ikollhom effetti ambjentali sinifikanti jew billi kull każ jiġi eżaminat jew billi jkunu speċifikati t-tipi ta' pjanijiet u programmi jew billi jkunu kombinati iż-żewġ metodi. Għal dan il-għan l-Istati Membri għandhom fil-każijiet kollha jikkunsidraw il-kriterji rilevanti stabbiliti fl-Anness II, sabiex ikun assigurat li l-pjanijiet u l-programmi li x'aktarx ikollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent ikunu koperti b'din id-Direttiva.

Artikolu 3 6

6. Fl-eżami li jsir f'kull każ u meta jkunu speċifikati t-tipi ta' pjanijiet u programmi skond il-paragrafu 5, l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(3) għandhom ikunu kkonsultati.

Artikolu 3 7

7. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-konklużjonijiet tagħhom bis-saħħa tal-paragrafu 5, inklużi r-raġunijiet biex ma tintalabx stima skond l-artikoli 4 sa 9, jiġu magħmula għad-disposizzjoni tal-pubbliku.

Artikolu 3 8

8. Il-pjanijiet u l-programmi li ġejjin mhumiex suġġetti għal din id-Direttiva:

- il-pjanijiet u l-programmi li l-għan ewlieni tagħhom hu li jservu d-difiża nazzjonali jew l-emerġenza ċivili,

- il-pjanijiet u l-programmi finanzjarji jew tal-estimi.

Artikolu 3 9

9. Din id-Direttiva ma tgħoddx għall-pjanijiet u l-programmi ko-finanzjati taħt il-perjodu ta' programmar kurrenti rispettiv [11] tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 [12] u (KE) Nru 1257/1999 [13].

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 21.07.2001 00:00:00 -Doknr: CELEX:32001L0042
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.