|
+Artikolu 9 1 |
Artikolu 9 11. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, meta xi pjan jew programm ikun adottat, l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(3), il-pubbliku u xi Stat Membru konsultat skond l-Artikolu 7 ikunu infurmati u l-materji li ġejjin jitqiegħdu għad-disposizzjoni ta' dawk li jkunu ġew infurmati b'dan: (a) il-pjan jew il-programm kif adottat; (b) prospett li jagħti fil-qosor kif il-konsiderazzjonijiet ambjentali ġew integrati fil-pjan jew il-programm u kif ir-rapport dwar l-ambjent ippreparat skond l-Artikolu 5, l-opinjonijiet mogħtija skond l-Artikolu 6 u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet li jsiru skond l-Artikolu 7 ġew ikkunsidrati skond l-Artikolu 8 u r-raġunijiet għall-għażla tal-pjan jew il-programm kif adottat, fid-dawl ta' l-alternattivi raġonevoli l-oħra li ġew ikkunsidrati, u (ċ) il-miżuri deċiżi dwar is-sorveljar skond l-Artikolu 10. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|