|
+ANNESS II Kriterji biex ikunu stabbiliti l-effetti li x'aktarx iseħħu kif imsemmi fl-Artikolu 3(5) |
ANNESS II Kriterji biex ikunu stabbiliti l-effetti li x'aktarx iseħħu kif imsemmi fl-Artikolu 3(5)ANNESS II Kriterji biex ikunu stabbiliti l-effetti li x'aktarx iseħħu kif imsemmi fl-Artikolu 3(5) 1. Il-karatteristiċi tal-pjanijiet u l-programmi, billi tingħata konsiderazzjoni, b'mod partikolari, - tal-grad li għalih il-pjan jew il-programm jistabbilixxi qafas għall-proġetti u attivitajiet oħra, kemm għar-rigward tal-lok, in-natura, id-daqs u l-kondizzjonijiet tax-xogħol jew billi jkunu allokati r-riżorsi, - tal-grad li fih il-pjan jew il-programm jinfluwenza pjanijiet u programmi oħra inklużi dawk fil-ġerarkija, - tar-rilevanza tal-pjan jew il-programm għall-integrazzjoni tal-konsiderazzjonijiet ambjentali b'mod partikolari bil-għan li jkun jippromwovi żvilupp sostenibbli, - tal-problemi ambjentali rilevanti għall-pjan jew il-programm, - tar-rilevanza tal-pjan jew il-programm għall-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Komunitá dwar l-ambjent (eż. pjanijiet u programmi marbuta ma' mmaniġġjar ta' l-iskart jew protezzjoni ta' l-ilma). 2. Karatteristiċi ta' l-effetti u taż-żona li x'aktarx tkun milquta, meta jkunu kkunsidrati, b'mod partikolari - il-probabilità, it-tul, il-frekwenza u r-riversibilità ta' l-effetti, - in-natura kumulattiva ta' l-effetti, - in-natura ta' l-effetti li taqsam it-transkonfini, - ir-riskji għas-saħħa umana jew l-ambjent (eż. minħabba aċċidenti), - il-kobor u l-estent spazjali ta' l-effetti (żona ġeografika u d-daqs tal-popolazzjoni li x'aktarx tkun milquta), - il-valur u l-vulnerabilità taż-żona li x'aktarx tkun milquta minħabba: - karatteristiċi naturali speċjali jew wirt kulturali, - standards ta' kwalità ambjentali li jkunu maqbuża jew valuri tal-limiti, - użu intensiv ta' l-art, - l-effetti fuq żoni jew landscapes li għandhom status ta' protezzjoni rikonoxxuti b'mod nazzjonali, tal-Komunità jew internazzjonali. -------------------------------------------------- 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|