|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva: (a) "SCE" tfisser kull soċjetà kooperattiva stabbilita skond ir-Regolament (KE) Nru 1435/2003; (b) "entitajiet legali li jipparteċipaw" tfisser kumpanniji u ditti skond it-tifsira tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 48 tat-Trattat, u tinkludi kooperattivi, kif ukoll korpi legali ffurmati taħt, u regolati, mill-liġi ta’ Stat Membru, li jipparteċipaw direttament fl-istabbiliment ta’ SCE; (ċ) "sussidjarja" ta’ entità legali li tipparteċipa jew ta’ SCE tfisser impriża li fuqha dik l-entità legali jew SCE teżerċita influwenza dominanti definita skond l-Aartikola 3(2) sa (7) tad-Direttiva 94/45/KE; (d) "sussidjarja jew stabbiliment ikkonċernat" tfisser sussidjarja jew stabbiliment ta’ entità legali li tipparteċipa li hija proposta li ssir sussidjarja jew stabbiliment ta’ SCE mal-formazzjoni tagħha; (e) "rappreżentanti ta’ l-impjegati" tfisser ir-rappreżentanti ta’ l-impjegati kif hemm ipprovdut bil-liġi nazzjonali u/jew prattika; (f) "korp rappreżentattiv" tfisser korp rappreżentattiv ta’ l-impjegati stabbilit bil-patti ta’ ftehim imsemmija fl-Artikolu 4 jew skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness, bil-għan li jinforma u jikkonsulta lill-impjegati ta’ SCE u s-sussidjarji tagħha u stabbilimenti li jinsabu fil-Komunità u, fejn japplika, jeżerċita drittijiet ta’ parteċipazzjoni b’relazzjoni ma’ l-SCE; (g) "korp speċjali ta’ negozjati" tfisser il-korp stabbilit skond l-Artikolu 3 biex jinnegozja ma’ l-organu kompetenti ta l-entitajiet legali li jipparteċipaw fir-rigward ta’ l-istabbiliment ta’ arranġamenti għall-involviment ta’ impjegati fi ħdan l-SCE; (h) "involviment ta’ impjegati" tfisser kull mekkaniżmu, inkluż informazzjoni, konsultazzjoni u parteċipazzjoni, li permezz tiegħu r-rappreżentanti ta’ l-impjegati jistgħu jeżerċitaw influwenza fuq id-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu fi ħdan intrapriża; (i) "informazzjoni" tfisser l-infurmar tal-korp rappreżentattiv ta’ l-impjegati u/jew rappreżentanti ta’ l-impjegati mill-organi kompetenti ta’ l-SCE dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw l-SCE nnifisha u kull waħda mis-sussidjarji tagħha jew stabbilimenti li jkunu jinsabu fi Stat Membru ieħor jew li jeċċdu is-setgħat ta’ l-organi tat-teħid tad-deċiżjonijiet fi Stat Membru wieħed fi żmien, b’mod u b’kontenut li jippermetti lir-rappreżentanti ta’ l-impjegatri li jwettqu stima fil-fond ta’ l-impatt possibbli u, fejn xieraq, jippreparaw konsultazzjonijiet ma’ l-organu kompetenti ta’ l-SCE; (j) "konsultazzjoni" tfisser l-istabbiliment ta’ djalogu u skambju ta’ ideat bejn il-korp rappreżentattiv ta’ l-impjegati u/jew tar-rappreżentanti ta’ l-impjegati u l-organu kompetenti ta’ l-SCE, fi żmien, b’mod u b’kontenut li jippermetti lir-rappreżentanti ta’ l-impjegati, fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni pprovduta, li jesprimu opinjoni dwar miżuri maħsuba mill-organu kompetenti li jista’ jingħata kont tagħhom fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fi ħdan l-SCE; (k) "parteċipazzjoni" tfisser l-influwenza ta’ korp rappreżentattiv ta’ l-impjegati u/jew ir-rappreżentanti ta’ l-impjegati fl-affarijiet ta’ entità legali permezz ta’: - id-dritt li jeleġġi jew jaħtar uħud mill-membri tas-superviżorju ta’ entità legali jew korp organu amministrattiv, jew - id-dritt li jirrakkomanda u/jew jopponi l-ħatra tal-membri kollha jew uħud minnhom tas-superviżorju ta’ entità legali jew organu amministrattiv. TAQSIMA II PROĊEDURA TA’ NEGOZJATI APPLIKABBLI GĦALL-SCE STABBILITI MINN TA’ L-ANQAS ŻEWĠ ENTITAJIET LEGALI JEW BI TRASFORMAZZJONI 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|