+SECTION I GENERAL
---+Artikolu 1 Għan
------+Artikolu 1 1
------+Artikolu 1 2
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet

SECTION I GENERAL

SECTION I

GENERAL

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Għan
Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:

(a) "SCE" tfisser kull soċjetà kooperattiva stabbilita skond ir-Regolament (KE) Nru 1435/2003;

(b) "entitajiet legali li jipparteċipaw" tfisser kumpanniji u ditti skond it-tifsira tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 48 tat-Trattat, u tinkludi kooperattivi, kif ukoll korpi legali ffurmati taħt, u regolati, mill-liġi ta’ Stat Membru, li jipparteċipaw direttament fl-istabbiliment ta’ SCE;

(ċ) "sussidjarja" ta’ entità legali li tipparteċipa jew ta’ SCE tfisser impriża li fuqha dik l-entità legali jew SCE teżerċita influwenza dominanti definita skond l-Aartikola 3(2) sa (7) tad-Direttiva 94/45/KE;

(d) "sussidjarja jew stabbiliment ikkonċernat" tfisser sussidjarja jew stabbiliment ta’ entità legali li tipparteċipa li hija proposta li ssir sussidjarja jew stabbiliment ta’ SCE mal-formazzjoni tagħha;

(e) "rappreżentanti ta’ l-impjegati" tfisser ir-rappreżentanti ta’ l-impjegati kif hemm ipprovdut bil-liġi nazzjonali u/jew prattika;

(f) "korp rappreżentattiv" tfisser korp rappreżentattiv ta’ l-impjegati stabbilit bil-patti ta’ ftehim imsemmija fl-Artikolu 4 jew skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness, bil-għan li jinforma u jikkonsulta lill-impjegati ta’ SCE u s-sussidjarji tagħha u stabbilimenti li jinsabu fil-Komunità u, fejn japplika, jeżerċita drittijiet ta’ parteċipazzjoni b’relazzjoni ma’ l-SCE;

(g) "korp speċjali ta’ negozjati" tfisser il-korp stabbilit skond l-Artikolu 3 biex jinnegozja ma’ l-organu kompetenti ta l-entitajiet legali li jipparteċipaw fir-rigward ta’ l-istabbiliment ta’ arranġamenti għall-involviment ta’ impjegati fi ħdan l-SCE;

(h) "involviment ta’ impjegati" tfisser kull mekkaniżmu, inkluż informazzjoni, konsultazzjoni u parteċipazzjoni, li permezz tiegħu r-rappreżentanti ta’ l-impjegati jistgħu jeżerċitaw influwenza fuq id-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu fi ħdan intrapriża;

(i) "informazzjoni" tfisser l-infurmar tal-korp rappreżentattiv ta’ l-impjegati u/jew rappreżentanti ta’ l-impjegati mill-organi kompetenti ta’ l-SCE dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw l-SCE nnifisha u kull waħda mis-sussidjarji tagħha jew stabbilimenti li jkunu jinsabu fi Stat Membru ieħor jew li jeċċdu is-setgħat ta’ l-organi tat-teħid tad-deċiżjonijiet fi Stat Membru wieħed fi żmien, b’mod u b’kontenut li jippermetti lir-rappreżentanti ta’ l-impjegatri li jwettqu stima fil-fond ta’ l-impatt possibbli u, fejn xieraq, jippreparaw konsultazzjonijiet ma’ l-organu kompetenti ta’ l-SCE;

(j) "konsultazzjoni" tfisser l-istabbiliment ta’ djalogu u skambju ta’ ideat bejn il-korp rappreżentattiv ta’ l-impjegati u/jew tar-rappreżentanti ta’ l-impjegati u l-organu kompetenti ta’ l-SCE, fi żmien, b’mod u b’kontenut li jippermetti lir-rappreżentanti ta’ l-impjegati, fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni pprovduta, li jesprimu opinjoni dwar miżuri maħsuba mill-organu kompetenti li jista’ jingħata kont tagħhom fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fi ħdan l-SCE;

(k) "parteċipazzjoni" tfisser l-influwenza ta’ korp rappreżentattiv ta’ l-impjegati u/jew ir-rappreżentanti ta’ l-impjegati fl-affarijiet ta’ entità legali permezz ta’:

- id-dritt li jeleġġi jew jaħtar uħud mill-membri tas-superviżorju ta’ entità legali jew korp organu amministrattiv, jew

- id-dritt li jirrakkomanda u/jew jopponi l-ħatra tal-membri kollha jew uħud minnhom tas-superviżorju ta’ entità legali jew organu amministrattiv.

TAQSIMA II

PROĊEDURA TA’ NEGOZJATI APPLIKABBLI GĦALL-SCE STABBILITI MINN TA’ L-ANQAS ŻEWĠ ENTITAJIET LEGALI JEW BI TRASFORMAZZJONI

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.08.2003 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0072
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.