|
+Artikolu 3 6 |
Artikolu 3 66. Il-korp speċjali li jinnegozja jista’ jiddeċiedi bil-maġġoranza stipulata fit-tieni subparagrafu li ma jiftaħx negozjati jew li jittermina negozjati ġia miftuħa, u li jiddependi fuq ir-regoli dwar informazzjoni u konsultazzjoni ta’ l-impjegati fis-seħħ fl-Istati Membri fejn l-SCE jkollha l-impjegati tagħha. Dik id-deċiżjoni għandha twaqqaf il-proċedura li tikkonkludi l-ftehim imsemmi fl-Artikolu 4. Fejn tkun ittieħdet deċiżjoni bħal dik, ebda waħda mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness m’għandha tapplika. Il-maġġoranza meħtieġa biex tiddeċiedi li ma tiftaħx jew li tittermina negozjati għandha tkun il-voti ta’ żewġ terzi tal-membri li jirrappreżentaw ta’ l-anqas żewġ terzi ta’ l-impjegati, inklużi l-voti ta’ membri li jirrappeżentaw impjegati li jaħdmu f’ ta’ lanqas żewġ Stati Membri. Fil-każ ta’ SCE stabbilita permezz ta’ trasformazzjoni, dan il-paragrafu m’għandux japplika jekk ikun hemm paretċipazzjoni fil-kooperattiva li għandha tiġi trasformata. Il-korp speċjali li jinnegozja għandu jerġa’ jitlaqqa’ fuq it-talba bil-miktub ta’ l-anqas ta’ 10 % ta’ l-impjegati ta’ l-SCE, is-sussidjarji tagħha u stabbilimenti, jew ir-rappreżentanti tagħhom, l-aktar kmieni sentejn wara d-deċiżjoni msemmija hawn fuq, sakemm il-partijiet ma jiftehmux li n-negozjati jerġgħu jinfetħu qabel. Jekk il-korp speċjali li jinnegozja jiddeċiedi li jiftaħ mill-ġdid in-negozjati ma’ l-amministrazzjoni iżda ebda ftehim ma jintlaħaq bħala riżultat ta’ dawk in-negozjati, ebda waħda mid-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness m’għandha tapplika. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|