+Artikolu 3 Ħolqien ta’ korp speċjali li jinnegozja
---+Artikolu 3 1
---+Artikolu 3 2
---+Artikolu 3 3
---+Artikolu 3 4
---+Artikolu 3 5
---+Artikolu 3 6
---+Artikolu 3 7
|
Artikolu 3 Ħolqien ta’ korp speċjali li jinnegozja
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1
|
1. Fejn l-organi li jimmaniġġjaw jew dawk amministrattivi ta’ entitajiet legali li jipparteċipaw iħejju pjan għall-istabbiliment ta’ SCE, għandhom kemm jista’ jkun malajr jieħdu l-passi meħtieġa, inkluż il-provvista ta’ informazzjoni dwar l-identità ta’ l-entitajiet legali li jipparteċipaw u sussidjarji jew stabbilimenti, kif ukoll in-numru ta’ l-impjegati tagħhom, biex jibdew negozjati mar-rappreżentanti ta’ l-entitajiet legali jew arranġamenti għall-involviment ta’ l-impjegati fl-SCE.
|
|
Artikolu 3 2
|
2. Għal dan il-għan, korp speċjali tan-negozjati rappreżentattiv ta’ l-impjegati ta’ l-entitajiet legali li jipparteċipaw u sussidjarji konċernati jew stabbilimenti għandu jinħoloq skond id-dispożizzjonijiet li ġejjin: (a) fl-elezzjoni jew il-ħatra ta’ membri tal-korp speċjali tan-negozjati, għandu jiġi assigurat: (i) li dawk il-membri huma eletti jew maħtura fi proporzjon tan-numru ta’ impjegati li jaħdmu f’kull Stat Membru mill-entitajiet legali li jipparteċipaw u sussidjarji kkonċernati jew stabbilimenti, billi jallokaw fir-rigward ta’ Stat Membru siġġu wieħed għal kull porzjon ta’ impjegati li jaħdmu f’dan l-Istat Membru li jkun ugwali għal 10 %, jew frazzjoni tagħom, tan-numru ta’ impjegati li jaħdmu fl-Istati Membri kollha meħuda flimkien; (ii) li fil-każ ta’ SCE iffurmata permezz ta’ inkorporazzjoni, għandu jkun hemm dak in-numru aktar addizzjonali ta’ membri minn kull Stat Membru hekk kif jista’ jkun meħtieġ sabiex jiġi assigurat li l-korp speċifiku ta’ negozjati jinkludi ta’ l-anqas membru wieħed li jirrappreżenta kull kooperattiva li tipparteċipa li hija rreġistrata li għandha impjegati f’dak l-Istat Membru u li huwa propost li ma tkomplix teżisti bħala entità legali separata wara r-reġistrazzjoni ta’ l-SCE, sakemm: - in-numru ta’ dawk il-membri addizzjonali ma jeċċedix l-20 % tan-numru ta’ membri maħtura skond il-punt (i); u - il-kompożizzjoni tal-korp speċjali ta’ negozjati ma jinvolvix rappreżentanza doppja ta’ l-impjegati kkonċernati. Jekk in-numru ta’ dawk il-kooperattivi jkun għola min-numru ta’ siġġijiet addizzjonali disponibbli bis-saħħa ta’ l-ewwel subparagrafu, dawn is-siġġijiet addizzjonali għandhom ikunu allokati lil kooperattivi fi Stati Membri differenti b’ordni li jonqos tan-numru ta’ impjegati li jħaddmu. (b) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-metodu li għandu jintuża għall-elezzjoni jew il-ħatra tal-membri tal-korp speċjali ta’ negozjati li għandhom jiġi eletti jew maħtura fit-territorji tagħhom. Għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw li, sa fejn hu possibbli, dawk il-membri għandhom jinkludu ta’ l-anqas membru li jirrappreżenta kull entità legali li tipparteċipa li jkollha impjegati fl-Istat Membru kkonċernat. Dawk il-miżuri m’għandhomx iżidu n-numru totali ta’ membri. Il-metodi wżati għan-nominazzjoni, ħatra jew elezzjoni tar-rappreżentanti ta’ l-impjegati għandhom ifittxu li jippromwovu l-bilanċ bejn is-sessi, L-Istati Membri għandhom jipprovdu li dawk il-membri jistgħu jinkludu rappreżentanti ta’ trejd unjins sew jekk ikunu impjegati jew le ta’ entità legali li tipparteċipa jew sussidjarja kkonċernata jew stabbiliment. Mingħajr preġudizzju għall-leġislazzjoni nazzjonali u/jew prattika li tipprovdi għatbiet għal korp rappreżentattiv, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li impjegati f’impriżi jew stabbilimenti li fihom ma jkun hemm l-ebda rappreżentanti ta’ l-impjegati li ma jkunx tort tagħhom ikollhom id-dritt li jeleġġu jew jaħtru membri tal-korp speċjali li jinnegozja.
|
|
Artikolu 3 3
|
3. Il-korp speċjali li jinnegozja u l-organi kompetenti ta’ l-entitajiet legali li jipparteċipaw għandhom jistabbilixxu, bi ftehim bil-miktub, arranġamenti għall-involviment ta’ impjegati fi ħdan SCE. Għal dan il-għan, l-entitajiet legali li jipparteċipaw għandhom jinfurmaw lill-korp speċjali li jinnegozja bil-pjan u l-proċess attwali ta’ l-istabbiliment ta’ l-SCE, sar-reġistrazzjoni tagħha.
|
|
Artikolu 3 4
|
4. Bla ħsara għall-paragrafu 6, il-korp speċjali li jinnegozja għandu jieħu d-deċiżjonijiet bil-maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu, sakemm dik il-maġġoranza tirrappreżenta wkoll maġġoranza assoluta ta’ l-impjegati. Kull membru għandu jkollu vot wieħed. Iżda, jekk ir-riżultat tan-negozjati jwassal għal tnaqqis fid-drittijiet ta’ parteċipazzjoni, il-maġġoranza meħtieġa għal-deċiżjoni li tapprova dak il-ftehim għandha tkun il-voti ta’ żewġ terzi tal-membri tal-korp speċjali li jinnegozja li jirrappreżenta ta’ l-anqas żewġ terzi ta’ l-impjegati, inklużi l-voti ta’ membri li jirrappreżentaw impjegati li jaħdmu f’ta’ lanqas żewġ Stati Membri, - fil-każ ta’ SCE li għandha tiġi stabbilita permezz ta’ inkorporazzjoni, jekk il-parteċipazzjoni tkopri ta’ l-anqas 25 % tan-numru totali ta’ impjegati tal-kooperattivi li jipparteċipaw, jew - fil-każ ta’ SCE li għandha tiġi stabbilita b’xi mod ieħor, jekk il-parteċipazzjoni tkopri ta’ l-anqas 50 % tan-numru totali ta’ impjegati ta’ l-entitajiet legali li jipparteċipaw. Tnaqqis ta’ drittijiet ta’ parteċipazzjoni tfisser proporzjona ta’ membri ta’ l-organi ta’ l-SCE skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(k), li jkun anqas mill-ogħla proporzjon li jeżisti fi ħdan l-entitajiet legali li jipparteċipaw.
|
|
Artikolu 3 5
|
5. Għall-għan tan-negozjati, il-korp speċjali li jinnegozja jista’ jitlob esperti ta’ l-għażla tiegħu, per eżempju rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet addattati ta’ trejd unjins fil-livell tal-Komunità, biex jgħinuh fix-xogħol tiegħu. Dawk l-esperti jistgħu jkunu preżenti fil-laqgħat tan-negozjati f’kapaċità ta’ konsulenza fuq it-talba tal-korp speċjali li jinnegozja, fejn xieraq biex jippromwovu koerenza u konsistenza fil-livell tal-Komunità. Il-korp speċjali li jinnegozja jista’ jiddeċiedi li jinforma r-rappreżentanti ta’ l-organizzazzjonijiet addattati esterni, inklużi trejd unjins, fil-bidu tan-negozjati.
|
|
Artikolu 3 6
|
6. Il-korp speċjali li jinnegozja jista’ jiddeċiedi bil-maġġoranza stipulata fit-tieni subparagrafu li ma jiftaħx negozjati jew li jittermina negozjati ġia miftuħa, u li jiddependi fuq ir-regoli dwar informazzjoni u konsultazzjoni ta’ l-impjegati fis-seħħ fl-Istati Membri fejn l-SCE jkollha l-impjegati tagħha. Dik id-deċiżjoni għandha twaqqaf il-proċedura li tikkonkludi l-ftehim imsemmi fl-Artikolu 4. Fejn tkun ittieħdet deċiżjoni bħal dik, ebda waħda mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness m’għandha tapplika. Il-maġġoranza meħtieġa biex tiddeċiedi li ma tiftaħx jew li tittermina negozjati għandha tkun il-voti ta’ żewġ terzi tal-membri li jirrappreżentaw ta’ l-anqas żewġ terzi ta’ l-impjegati, inklużi l-voti ta’ membri li jirrappeżentaw impjegati li jaħdmu f’ ta’ lanqas żewġ Stati Membri. Fil-każ ta’ SCE stabbilita permezz ta’ trasformazzjoni, dan il-paragrafu m’għandux japplika jekk ikun hemm paretċipazzjoni fil-kooperattiva li għandha tiġi trasformata. Il-korp speċjali li jinnegozja għandu jerġa’ jitlaqqa’ fuq it-talba bil-miktub ta’ l-anqas ta’ 10 % ta’ l-impjegati ta’ l-SCE, is-sussidjarji tagħha u stabbilimenti, jew ir-rappreżentanti tagħhom, l-aktar kmieni sentejn wara d-deċiżjoni msemmija hawn fuq, sakemm il-partijiet ma jiftehmux li n-negozjati jerġgħu jinfetħu qabel. Jekk il-korp speċjali li jinnegozja jiddeċiedi li jiftaħ mill-ġdid in-negozjati ma’ l-amministrazzjoni iżda ebda ftehim ma jintlaħaq bħala riżultat ta’ dawk in-negozjati, ebda waħda mid-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness m’għandha tapplika.
|
|
Artikolu 3 7
|
7. L-ispejjeż kollha li jirrelataw ma’ l-iffinzjonar tal-korp speċjali li jinnegozja u, b’mod ġenerali, għan-negozjati għandhom jinġarru mill-entitajiet legali li jipparteċipaw sabiex ikun permess lill-korp speċjali li jinnegozja li jwettaq il-kompiti tiegħu b’mod xieraq. B’konformità ma’ dan il-prinċipju, l-Istati Membri jistgħu jippreskrivu r-regoli ta’ l-estimi fir-rigward ta’ l-operazzjoni ta’ korp speċjali li jinnegozja. Jistgħu b’mod partikolari jillimitaw il-fondi li jkopru espert wieħed biss.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.08.2003 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0072
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|