+Artikolu 4 2

Artikolu 4 2

2. Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tal-partijiet, u bla ħsara għall-paragrafu 4, il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1 bejn l-organi kompetenti ta’ l-entitajiet legali li jipparteċipaw u l-korp speċjali li jinnegozja għandu jispeċifika:

(a) il-kamp ta’ applikazzjoni tal-ftehim;

(b) il-kompożizzjoni, numru ta’ membri u allokazzjoni ta’ siġġijiet fuq il-korp rappreżentattiv li għandu jkun l-imsieħeb tad-diskussjoni ta’ l-organu kompetenti ta’ l-SCE b’konnessjoni ma’ l-arranġamenti għall-informazzjoni u konsultazzjoni ta’ l-impjegati ta’ l-SCE u s-sussidjarji tagħha u l-istabbilimenti;

(ċ) il-funzjonijiet u l-proċedura għall-informazzjoni u konsultazzjoni tal-korp rappreżentattiv;

(d) il-frekwenza tal-laqgħat tal-korp rappreżentattiv;

(e) ir-riżorsi finanzjarji u materjali li għandhom jiġu allokati lill-korp rappreżentattiv;

(f) jekk, matul in-negozjati, il-partijiet jiddeċiedu li jistabbilixxu proċedura waħda jew aktar ta’ informazzjoni u konsultazzjoni minflok korp rappreżentattiv, l-arranġamenti għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-proċeduri;

(g) jekk, matul in-negozjati, l-partijiet jiddeċiedu li jistabbilixxu arranġamenti għall-parteċipazzjoni, is-sustanza ta’ dawk l-arranġamenti, inkluż (fejn japplika) in-numru ta’ membri fil-korp amministrattiv jew superviżorju ta’ l-SCE li l-impjegati jkollhom id-dritt li jeleġġu, jaħtru, jinnominaw jew jopponu, il-proċeduri dwar kif dawn il-membri jistgħu jiġu eletti, maħtura, rakkomandati jew opposti mill-impjegati, u d-drittijiet tagħhom;

(h) id-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim u t-tul ta’ żmien tiegħu, każi fejn il-ftehim għandu jiġi negozjat mill-ġdid u l-proċedura għan-negozjar tiegħu mill-ġdid, inkuż, fejn xieraq, fil-każ ta’ bidliet strutturali fl-SCE u s-sussidjarji tagħha jew l-istabbilimenti li jseħħu wara l-ħolqien ta’ l-SCE.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.08.2003 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0072
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.