|
2. Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tal-partijiet, u bla ħsara għall-paragrafu 4, il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1 bejn l-organi kompetenti ta’ l-entitajiet legali li jipparteċipaw u l-korp speċjali li jinnegozja għandu jispeċifika: (a) il-kamp ta’ applikazzjoni tal-ftehim; (b) il-kompożizzjoni, numru ta’ membri u allokazzjoni ta’ siġġijiet fuq il-korp rappreżentattiv li għandu jkun l-imsieħeb tad-diskussjoni ta’ l-organu kompetenti ta’ l-SCE b’konnessjoni ma’ l-arranġamenti għall-informazzjoni u konsultazzjoni ta’ l-impjegati ta’ l-SCE u s-sussidjarji tagħha u l-istabbilimenti; (ċ) il-funzjonijiet u l-proċedura għall-informazzjoni u konsultazzjoni tal-korp rappreżentattiv; (d) il-frekwenza tal-laqgħat tal-korp rappreżentattiv; (e) ir-riżorsi finanzjarji u materjali li għandhom jiġu allokati lill-korp rappreżentattiv; (f) jekk, matul in-negozjati, il-partijiet jiddeċiedu li jistabbilixxu proċedura waħda jew aktar ta’ informazzjoni u konsultazzjoni minflok korp rappreżentattiv, l-arranġamenti għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-proċeduri; (g) jekk, matul in-negozjati, l-partijiet jiddeċiedu li jistabbilixxu arranġamenti għall-parteċipazzjoni, is-sustanza ta’ dawk l-arranġamenti, inkluż (fejn japplika) in-numru ta’ membri fil-korp amministrattiv jew superviżorju ta’ l-SCE li l-impjegati jkollhom id-dritt li jeleġġu, jaħtru, jinnominaw jew jopponu, il-proċeduri dwar kif dawn il-membri jistgħu jiġu eletti, maħtura, rakkomandati jew opposti mill-impjegati, u d-drittijiet tagħhom; (h) id-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim u t-tul ta’ żmien tiegħu, każi fejn il-ftehim għandu jiġi negozjat mill-ġdid u l-proċedura għan-negozjar tiegħu mill-ġdid, inkuż, fejn xieraq, fil-każ ta’ bidliet strutturali fl-SCE u s-sussidjarji tagħha jew l-istabbilimenti li jseħħu wara l-ħolqien ta’ l-SCE.
|