+Artikolu 7 Regoli standard
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3

Artikolu 7 Regoli standard

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1

1. Sabiex jinkiseb l-għan deskritt fl-Artikolu 1, l-Istati Membri għandhom jippreskwivu regoli standarddwarl-involviment ta’ l-impjegati li għandhom jissodisfaw id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Anness.

Ir-regoli standardkif preskritti fil-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru li fih l-uffiċċju rreġistrat ta’ l-SCE jkun jinsab għandhom japplikaw mid-data tar-reġistrazzjoni ta’ l-SCE fejn jew:

(a) il-partijiet hekk jiftiehmu; jew

(b) sal-limitu ta’ żmien preskritt fl-Artikolu 5, ebda ftehim ma jkun ġie konkluż, u:

- l-organu kompetenti ta’ kull waħda mill-entitajiet li jipparteċipaw jiddeċiedi li jaċċetta l-applikazzjoni tar-regolistandardb’relazzjoni ma’ l-SCE u b’hekk ikompli bir-reġistrazzjoni ta’ l-SCE, u

- il-korp speċjali li jinnegozja ma jkunx ħa d-deċiżjoni kif ipprovduta fl-Artikolu 3(6).

Artikolu 7 2

2. B’żieda, r-regoli standardffissati bil-leġislazzjoni nazzjonali ta’ l-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni skond it-taqsima 3 ta’ l-Anness għandhom japplikaw biss:

(a) fil-każ ta’ SCE stabbilit bi trasformazzjoni, jekk ir-regoli ta’ l-Istat Membru li jirrelataw mal-parteċipazzjoni ta’ impjegati fil-korp amministrattiv jew superviżorju applikati għall-kooperattiva trasformata f’SCE;

(b) fil-każ ta’ SCE stabbilita b’inkorporazzjoni:

- jekk, qabel reġistrazzjoni ta’ SCE, forma waħda jew aktar ta’ parteċipazzjoni applikata f’kooperattiva waħda jew aktar li tipparteċipa tkopri ta’ l-anqas 25 % tan-numru totali ta’ impjegati mħaddma minnhom, jew

- jekk, qabel ir-reġistrazzjoni ta’ SCE, forma waħda jew aktar ta’ parteċipazzjoni applikata f’kooperattiva li tipparteċipa waħda jew aktar li tkopri anqas minn 25 % tan-numru totali ta’ impjegati mħaddma minnhom u jekk il-korp speċjali li jinnegozja hekk jiddeċiedi;

(ċ) fil-każ ta’ SCE stabbilita b’xi mod ieħor;

- jekk qabel ir-reġistrazzjoni ta’ l-SCE, forma waħda jew aktar ta’ parteċipazzjoni applikata f’waħda jew aktar mill-entitajiet legali li jipparteċipaw li tkopri ta’ l-anqas 50 % tan-numru totali ta’ impjegati mħaddma minnhom; jew

- jekk, qabel ir-reġistrazzjoni ta’ SCE, forma waħda jew aktar ta’ parteċipazzjoni applikata f’waħda jew aktar mill-entitajiet legali li jipparteċipaw li jkopru anqas minn 50 tan-numru totali ta’ impjegati mħaddma minnhom u jekk il-korp speċjali li jinnegozja hekk jiddeċiedi.

Jekk ikun hemm aktar minn forma waħda ta’ parteċipazzjoni fi ħdan l-entitajiet varji legali li jipparteċipaw, il-korp speċjali li jinnegozja għandu jiddeċiedi liema waħda minn dawk il-forom għandha tkun stabbilita fl-SCE. L-Istati Membri jistgħu jiffissaw ir-regoli li huma applikabbli fin-nuqqas ta’ xi deċiżjoni dwar il-kwistjoni ta’ SCE rreġistrata fit-Territorju tagħhom. Il-korp speċjali li jinnegozja għandu jinforma lill-organi kompetenti ta’ l-entitajiet legali li jipparteċipaw b’kull deċiżjoni meħuda bis-saħħa ta’ dan il-paragrafu.

Artikolu 7 3

3. L-Istati Membri jistgġu jippreskrivu li r-regoli standardimsemmija fit-Taqsima 3 ta’ l-Anness m’għandhomx japplikaw fil-każ kif hemm provdut fil-paragrafu 2(b).

TAQSIMA III

REGOLI APPLIKABBLI GĦALL-SCE STABBILITI ESKLUSSIVAMENT MINN PERSUNI NATURALI JEW MINN ENTITÀ LEGALI WAĦDA U PERSUNI NATURALI

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.08.2003 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0072
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.