|
+Artikolu 7 2 |
Artikolu 7 22. B’żieda, r-regoli standardffissati bil-leġislazzjoni nazzjonali ta’ l-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni skond it-taqsima 3 ta’ l-Anness għandhom japplikaw biss: (a) fil-każ ta’ SCE stabbilit bi trasformazzjoni, jekk ir-regoli ta’ l-Istat Membru li jirrelataw mal-parteċipazzjoni ta’ impjegati fil-korp amministrattiv jew superviżorju applikati għall-kooperattiva trasformata f’SCE; (b) fil-każ ta’ SCE stabbilita b’inkorporazzjoni: - jekk, qabel reġistrazzjoni ta’ SCE, forma waħda jew aktar ta’ parteċipazzjoni applikata f’kooperattiva waħda jew aktar li tipparteċipa tkopri ta’ l-anqas 25 % tan-numru totali ta’ impjegati mħaddma minnhom, jew - jekk, qabel ir-reġistrazzjoni ta’ SCE, forma waħda jew aktar ta’ parteċipazzjoni applikata f’kooperattiva li tipparteċipa waħda jew aktar li tkopri anqas minn 25 % tan-numru totali ta’ impjegati mħaddma minnhom u jekk il-korp speċjali li jinnegozja hekk jiddeċiedi; (ċ) fil-każ ta’ SCE stabbilita b’xi mod ieħor; - jekk qabel ir-reġistrazzjoni ta’ l-SCE, forma waħda jew aktar ta’ parteċipazzjoni applikata f’waħda jew aktar mill-entitajiet legali li jipparteċipaw li tkopri ta’ l-anqas 50 % tan-numru totali ta’ impjegati mħaddma minnhom; jew - jekk, qabel ir-reġistrazzjoni ta’ SCE, forma waħda jew aktar ta’ parteċipazzjoni applikata f’waħda jew aktar mill-entitajiet legali li jipparteċipaw li jkopru anqas minn 50 tan-numru totali ta’ impjegati mħaddma minnhom u jekk il-korp speċjali li jinnegozja hekk jiddeċiedi. Jekk ikun hemm aktar minn forma waħda ta’ parteċipazzjoni fi ħdan l-entitajiet varji legali li jipparteċipaw, il-korp speċjali li jinnegozja għandu jiddeċiedi liema waħda minn dawk il-forom għandha tkun stabbilita fl-SCE. L-Istati Membri jistgħu jiffissaw ir-regoli li huma applikabbli fin-nuqqas ta’ xi deċiżjoni dwar il-kwistjoni ta’ SCE rreġistrata fit-Territorju tagħhom. Il-korp speċjali li jinnegozja għandu jinforma lill-organi kompetenti ta’ l-entitajiet legali li jipparteċipaw b’kull deċiżjoni meħuda bis-saħħa ta’ dan il-paragrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|