|
+Artikolu 8 2 |
Artikolu 8 22. Fil-każ ta’ SCE stabbilita esklussivament minn persuni naturali jew minn entità legali waħda u persuni naturali, li flimkien jimpjegaw anqas minn 50 impjegat, jew jimpjegaw 50 impjegat jew aktar fi Stat Membru wieħed biss, l-involviment ta’ l-impjegati għandu jkun irregolat minn dan li ġej: - fl-SCE nnifisha, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Istat Membru ta’ l-uffiċċju rreġistrat ta’ l-SCE, li huma applikabbli għal entitajiet oħra ta’ l-istess tip, għandhom japplikaw, - fis-sussidjarji tagħha u stabbilimenti, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Istat Membru fejn ikunu jinsabu u li huma applikabbli għal entitajiet oħra ta’ l-istess tip, għandhom japplikaw. Fil-każ ta’ trasferiment minn Stat Membru għall-ieħor ta’ l-uffiċċju rreġistrat ta’ SCE rregolata bil-parteċipazzjoni, ta’ l-anqas l-istess livell ta’ drittijiet ta’ parteċipazzjoni ta’ l-impjegati għandhom ikomplu japplikaw. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|