+Artikolu 8
---+Artikolu 8 1
---+Artikolu 8 2
---+Artikolu 8 3
|
Artikolu 8
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1
|
1. Fil-każ ta’ SCE stabbilita esklussivament minn persuni naturali jew minn entità legali waħda u persuni naturali, li flimkien jimpjegaw ta’ l-anqas 50 impjegat f’ta’ l-anqas żewġ Stati Membri, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 3 sa 7 għandhom japplikaw.
|
|
Artikolu 8 2
|
2. Fil-każ ta’ SCE stabbilita esklussivament minn persuni naturali jew minn entità legali waħda u persuni naturali, li flimkien jimpjegaw anqas minn 50 impjegat, jew jimpjegaw 50 impjegat jew aktar fi Stat Membru wieħed biss, l-involviment ta’ l-impjegati għandu jkun irregolat minn dan li ġej: - fl-SCE nnifisha, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Istat Membru ta’ l-uffiċċju rreġistrat ta’ l-SCE, li huma applikabbli għal entitajiet oħra ta’ l-istess tip, għandhom japplikaw, - fis-sussidjarji tagħha u stabbilimenti, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Istat Membru fejn ikunu jinsabu u li huma applikabbli għal entitajiet oħra ta’ l-istess tip, għandhom japplikaw. Fil-każ ta’ trasferiment minn Stat Membru għall-ieħor ta’ l-uffiċċju rreġistrat ta’ SCE rregolata bil-parteċipazzjoni, ta’ l-anqas l-istess livell ta’ drittijiet ta’ parteċipazzjoni ta’ l-impjegati għandhom ikomplu japplikaw.
|
|
Artikolu 8 3
|
3. Jekk, wara r-reġistrazzjoni ta’ SCE msemmija fil-paragrafu 2, ta’ l-anqas terz min-numru totali ta’ l-impjegati ta’ l-SCE u s-sussidjarji tagħha u l-istabbilimenti ta’ l-anqas f’żewġ Stati Membri differenti hekk jitolbu, jew jekk in-numru totali ta’ impjegati jilħaq jew jeċċedi 50 impjegat f’ta’ lanqas żewġ Stati Membri, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 3 sa 7 għandjom ikunu applikati, mutatis mutandis. F’dan il-każ, il-kliem "entitajiet legali ji jipparteċipaw" u "sussidjarji kkonċernati u stabbilimenti" għandhom ikunu ssostitwiti bil-kliem "SCE" u "sussidjarji jew stabbilimenti ta’ l-SCE" rispettivament. TAQSIMA IV PARTEĊIPAZZJONI FIL-LAQGĦA ĠENERALI JEW LAQGĦA TA’ SEZZJONI JEW SETTORALI
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.08.2003 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0072
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|