+Artikolu 10 Riżerva u kunfidenzjalità
---+Artikolu 10 1
---+Artikolu 10 2
---+Artikolu 10 3
---+Artikolu 10 4

Artikolu 10 Riżerva u kunfidenzjalità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-membri tal-korp speċjali li jinnegozja jew il-korp rappreżentattiv, u l-esperti li jgħinuhom, m’humiex awtorizzati li jikxfu kull informazzjoni hekk kif ġiet mogħtija lilhom b’mod kunfidenzjali.

L-istess għandu japplika għar-rappreżentanti ta’ l-impjegati fil-kuntest ta’ proċedura ta’ informazzjoni u konsultazzjoni.

Din l-obbligazzjoni għandha tkompli tapplika, kull fejn il-persuni msemmija jkunu, ukoll wara li jiskadi t-terminu ta’ l-uffiċċju tagħhom.

Artikolu 10 2

2. Kull Stat Membru għandu jipprovdi, f’każi speċifiċi u taħt il-kondizzjonijiet u l-limiti preskritti bil-leġislazzjoni nazzjonali, li l-organu superviżorju jew amministrattiv ta’ SCE jew ta’ entità legali li tipparteċipa stabbilita fit-territorju tiegħu m’għandux ikun obbligat li jittrasmetti informazzjoni fejn in-natura tagħha tkun tali li, skond kriterji oġġettivi, li jsir dan jista’ jikkawża ħsara serja fl-iffunzjonar ta’ l-SCE (jew, skond il-każ, entità legali li tipparteċipa) jew is-sussidjarji tagħha jew stabbilimenti jew tkun ta’ preġudizzju għalihom.

Stat Membru jista’ jagħmel dik id-dispensa suġġetta għall-awtorizzazzjoni minn qabel amministrattiva jew ġudizzjarja.

Artikolu 10 3

3. Kull Stat Membru jista’ jippreskrivi dispożizzjonijiet partikolari għall-SCE fit-territorju tiegħu li jsegwu direttament u essenzjalment l-għan ta’ gwida ideoloġika fir-rigward ta’ informazzjoni u l-espressjoni ta’ opinjonijiet, bil-kondizzjoni li, fid-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, dawk id-dispożizzjonijiet ikunu diġa jeżistu fil-leġislazzjoni nazzjonali.

Artikolu 10 4

4. Fl-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3, l-Istati Membri għandhom jagħmlu dispożizzjoni għal proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji ta’ appell li r-rappreżentanti ta’ l-impjegati jistgħu jibdew meta l-organi superviżorju jew amministrattiv ta’ SCE jew ta’ entità legali li tipparteċipa titlob il-kunfidenzjalità jew ma tagħtix l-informazzjoni.

Dawk il-proċeduri jistgħu jinkludi arranġamenti maħsuba li jipproteġu l-kunfidenzjalità ta’ l-informazzjoni in kwistjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.08.2003 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0072
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.