+Artikolu 10 Deċiżjonijiet nazzjonali tal-Partijiet u tal-Pajjiż li mhumiex Partijiet dwar l-importazzjoni
---+Artikolu 10 1
---+Artikolu 10 2
---+Artikolu 10 3
|
Artikolu 10 Deċiżjonijiet nazzjonali tal-Partijiet u tal-Pajjiż li mhumiex Partijiet dwar l-importazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1
|
1. L-esportatur għandu jirrispetta kwalunkwe deċiżjoni dwar l-importazzjoni ta' GMO maħsuba għall-użu dirett bħala ikel jew għalf, jew għall-ipproċessar, meħuda minn Parti skond l-Artikolu 11(4) tal-Protokoll, jew minn Pajjiż li mhuwiex Parti ta' l-importazzjoni skond il-qafas regolatorju domestiku tiegħu li huwa konsistenti ma' l-għanijiet tal-Protokoll.
|
|
Artikolu 10 2
|
2. Jekk Parti jew Pajjiż li mhuwiex Parti ta' l-importazzjoni li huma pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw jew Parti jew Pajjiż li mhuwiex Parti ta' l-importazzjoni b'ekonomija li għandha fit-transizzjoni ddikjarat permezz tal-BCH li ser tieħu deċiżjoni qabel l-importazzjoni ta' GMO speċifiku maħsuba għall-użu dirett bħala ikel jew għalf, jew għall-ipproċessar, skond l-Artikolu 11(6) tal-Protokoll, l-esportatur m'għandux jipproċedi bl-ewwel esportazzjoni ta' dak il-GMO kemm-il darba l-proċedura prevista skond dik id-disposizzjoni ma tkunx segwita.
|
|
Artikolu 10 3
|
3. Nuqqas tal-Parti jew tal-Pajjiż li mhuwiex Parti ta' l-importazzjoni li jirrikonoxxi irċevuta ta' notifika jew li jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu skond il-paragrafu 2 m'għandux jimplika l-kunsens jew ir-rifjut tiegħu għall-importazzjoni ta' GMO maħsub għall-użu dirett bħala ikel jew għalf, jew għall-ipproċessar. L-ebda GMO li jista' jkun soġġett għal movimenti transkonfinali għall-użu dirett bħala ikel jew għalf, jew għall-ipproċessar ma jista' jiġi esportat, kemm-il darba ma jkunx awtorizzat fil-Komunità jew awtorità kompetenti ta' pajjiż terz ikun qabel espressament ma' l-importazzjoni kif meħtieġ skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. Taqsima 3 GMO maħsuba għall-użu kkontrollat
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.11.2003 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003R1946
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|