+Artikolu 15 1

Artikolu 15 1

1. L-Istati Membri għandhom, mingħajr preġudizzju għall-ħarsien ta' informazzjoni kunfidenzali skond id-disposizzjonijet tal-Protokoll, jinfurmaw lill-BCH u lill-Kummissjoni dwar:

(a) leġislazzjoni u gwidi nazzjonali rilevanti għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, skond l-Artikolu 11(5) u l-Artikolu 20(3)(a) tal-Protokoll;

(b) punti ta' kuntatt nazzjonali għan-notifika ta' movimenti transkonfinali mhux intenzjonati, skond l-Artikolu 17 tal-Protokoll;

(ċ) patti u arranġamenti bilaterali, reġjunali u multilaterali li daħlu fihom l-Istati Membri rigward movimenti transkonfinali mhux intenzjonati ta' GMO, skond l-Artikolu 20(3)(b) tal-Protokoll;

(d) kwalunkwe informazzjoni rigward każijiet ta' movimenti transkonfinali mhux intenzjonati u illegali li jirreferu għalihom, skond l-Artikoli 17 u 25 tal-Protokoll;

(e) kull deċiżjoni finali meħuda minn Stat Membru, dwar l-użu ta' GMO ġewwa dak l-Istat Membru, li jinkludu deċiżjonijiet:

- dwar użu kkontrollat ikklassifikat fil-klassi tar-riskju 3 jew 4 ta' GMO li x'aktarx ikunu suġġetti għal movimenti transkonfinali,

- dwar ir-rilaxx deliberat ta' GMOs skond il-Parti B tad-Direttiva 2001/18/KE, jew

- dwar l-importazzjoni fil-Komunità ta' GMO,

skond l-Artikolu 11 u l-Artikolu 20(3)(d) tal-Protokoll, fi żmien 15-il jum mill-adozzjoni ta' dik id-deċiżjoni;

(f) kull taqsira ta' stimi ta' riskju jew rivisti dwar l-ambjent ta' GMO iġġenerati mill-proċess regolatorju tal-Komunità u mwettqa skond l-Artikolu 15 tal-Protokoll, li jinkludi, fejn xieraq, informazzjoni rilevanti dwar prodotti minnhom, ċjoe', materjali pproċessati li joriġinaw minn GMO, li jkun jinsab fihom kombinazzjonijiet ġodda li jistgħu jiġu skoperti ta' materjal ġenetiku li jista' jiġi rduppjat, miksub permezz ta' l-użu ta' bioteknoloġija moderna, skond l-Artikolu 20(3)(c) tal-Protokoll;

(g) kwalunkwe reviżjoni ta' deċiżjonijiet nazzjonali rigward moviment transkonfini intenzjonati, skond l-Artikolu 12 tal-Protokoll;

(h) kwalunkwe deċiżjoni meħuda minn Stat Membru dwar miżuri salvagwardji skond l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2001/18/KE dwar miżuri ta' emerġenza meħuda minn Stat Membru skond leġislazzjoni Komunitarja fuq ikel u għalf ġenetikament immodifikati.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.11.2003 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003R1946
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.