|
1. L-Istati Membri għandhom, mingħajr preġudizzju għall-ħarsien ta' informazzjoni kunfidenzali skond id-disposizzjonijet tal-Protokoll, jinfurmaw lill-BCH u lill-Kummissjoni dwar: (a) leġislazzjoni u gwidi nazzjonali rilevanti għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, skond l-Artikolu 11(5) u l-Artikolu 20(3)(a) tal-Protokoll; (b) punti ta' kuntatt nazzjonali għan-notifika ta' movimenti transkonfinali mhux intenzjonati, skond l-Artikolu 17 tal-Protokoll; (ċ) patti u arranġamenti bilaterali, reġjunali u multilaterali li daħlu fihom l-Istati Membri rigward movimenti transkonfinali mhux intenzjonati ta' GMO, skond l-Artikolu 20(3)(b) tal-Protokoll; (d) kwalunkwe informazzjoni rigward każijiet ta' movimenti transkonfinali mhux intenzjonati u illegali li jirreferu għalihom, skond l-Artikoli 17 u 25 tal-Protokoll; (e) kull deċiżjoni finali meħuda minn Stat Membru, dwar l-użu ta' GMO ġewwa dak l-Istat Membru, li jinkludu deċiżjonijiet: - dwar użu kkontrollat ikklassifikat fil-klassi tar-riskju 3 jew 4 ta' GMO li x'aktarx ikunu suġġetti għal movimenti transkonfinali, - dwar ir-rilaxx deliberat ta' GMOs skond il-Parti B tad-Direttiva 2001/18/KE, jew - dwar l-importazzjoni fil-Komunità ta' GMO, skond l-Artikolu 11 u l-Artikolu 20(3)(d) tal-Protokoll, fi żmien 15-il jum mill-adozzjoni ta' dik id-deċiżjoni; (f) kull taqsira ta' stimi ta' riskju jew rivisti dwar l-ambjent ta' GMO iġġenerati mill-proċess regolatorju tal-Komunità u mwettqa skond l-Artikolu 15 tal-Protokoll, li jinkludi, fejn xieraq, informazzjoni rilevanti dwar prodotti minnhom, ċjoe', materjali pproċessati li joriġinaw minn GMO, li jkun jinsab fihom kombinazzjonijiet ġodda li jistgħu jiġu skoperti ta' materjal ġenetiku li jista' jiġi rduppjat, miksub permezz ta' l-użu ta' bioteknoloġija moderna, skond l-Artikolu 20(3)(c) tal-Protokoll; (g) kwalunkwe reviżjoni ta' deċiżjonijiet nazzjonali rigward moviment transkonfini intenzjonati, skond l-Artikolu 12 tal-Protokoll; (h) kwalunkwe deċiżjoni meħuda minn Stat Membru dwar miżuri salvagwardji skond l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2001/18/KE dwar miżuri ta' emerġenza meħuda minn Stat Membru skond leġislazzjoni Komunitarja fuq ikel u għalf ġenetikament immodifikati.
|