+Artikolu 15 2

Artikolu 15 2

2. Il-Kummissjoni għandha skond id-disposizzjonijet tal-Protokoll tinforma, f'isem il-Komunità, lill-BCH dwar:

(a) leġislazzjoni Komunitarja u gwidi rilevanti għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, skond l-Artikolu 11(5) u l-Artikolu 20(3)(a) tal-Protokoll;

(b) kwalunkwe patti u arranġamenti bilaterali, reġjunali u multilaterali fuq livell Komunitarju rigward movimenti transkonfinali intenzjonati ta' GMO, skond l-Artikolu 20(3)(b) tal-Protokoll;

(ċ) kwalunkwe deċiżjonijiet finali meħuda fuq livell Komunitarju rigward l-użu ta' GMO ġewwa l-Komunità, inklużi deċiżjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq jew l-importazzjoni ta' GMO skond l-Artikolu 11 u l-Artikolu 20(3)(d) tal-Protokoll;

(d) kull taqsira ta' stimi ta' riskju jew rivisti dwar l-ambjent ta' GMO iġġenerati mill-proċess regolatorju tal-Komunità u mwettqa skond proċeduri simili għal dawk stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2001/18/EC, inklużi, fejn xieraq, informazzjoni rilevanti rigward prodotti tagħhom, ċjoe', materjali pproċessati li joriġinaw minn GMO, li jkun jinsab fihom kombinazzjonijiet ġodda li jistgħu jiġu skoperti ta' materjal ġenetiku li jista' jiġi rduppjat, miksub permezz ta' l-użu ta' bioteknoloġija moderna, skond l-Artikolu 20(3)(c) tal-Protokoll;

(e) kwalukwe reviżjoni ta' deċiżjonijiet nazzjonali rigward moviment transkonfini intenzjonati, skond l-Artikolu 12 tal-Protokoll;

(f) kwalunkwe applikazzjoni ta' leġislazzjoni Komunitarja minflok il-proċeduri tal-Protokoll għal movimenti intenzjonati tal-GMO ġewwa l-Komunità u importazzjonijiet ta' GMOs lejn il-Komunità skond l-Artikolu 14(3) u (4) tal-Protokoll;

(g) rapporti mogħtija skond l-artikolu 19 ta' dan ir-Regolament, li jinkludi dawk dwar l-implimentazzjoni tal-proċedura tal-patt informat avvanzat, skond l-Artikolu 20(3)(e) tal-Protokoll.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.11.2003 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003R1946
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.