|
+ANNESS I INFORMAZZONI MEĦTIEĠA F'NOTIFIKI TAĦT L-ARTIKOLU 4 |
ANNESS I INFORMAZZONI MEĦTIEĠA F'NOTIFIKI TAĦT L-ARTIKOLU 4ANNESS I INFORMAZZONI MEĦTIEĠA F'NOTIFIKI TAĦT L-ARTIKOLU 4 (a) Isem, indirizz u dettalji tal-kuntatt ta' l-esportatur. (b) Isem, indirizz u dettalji tal-kuntatt ta' l-importatur. (ċ) Isem u identità tal-GMO, kif ukoll klasisifika domestika, jekk hemm, u l-livell ta' biosigurtà tal-GMO fl-Istat ta' l-esport. (d) Data jew dati maħsuba għall-moviment transkonfini, jekk magħrufa. (e) Stat tassonomiku, isem komuni, punt ta' ġbir jew akkwist, u karatteristiċi ta' l-organiżmu reċipjent jew organiżmi ġenituri relatati mal-biosigurtà. (f) Ċentri ta' l-oriġini u ċentri ta' diversità ġenetika, jekk magħrufa, ta' l-organiżmu reċipjent u/jew l-organiżmi ġenituri u deskrizzjoni tal-ħabitati fejn l-orgainżmi jistgħu jippersistu jew jipproliferaw. (g) Stat tassonomiku, isem komuni, punt ta' ġbir jew akkwist, u karatteristiċi ta' l-organiżmu donatur jew organiżmi relatati mal-biosigurtà. (h) Deskrizzjoni ta' l-aċidu nuklejku jew il-modifika introdotti, il-metodi ta' teknika użati u l-karatteristiċi riżultanti tal-GMO. (i) Użu maħsub tal-GMO jew tal-prodotti tiegħu, ċjoe' materjali pproċessati li joriġinaw minn GMO, li jkun jinsab fihom kombinazzjonijiet ġodda li jistgħu jiġu skoperti ta' materjal ġenetiku li jista' jiġi rduppjat u miksub permezz tal-metodi ta' teknika elenkati fl-Anness I A, Parti 1 tad-Direttiva 2001/18/KE. (j) Kwantità jew volum tal-GMO li ser jiġi ttrasferit. (k) Rapport ta' stima tar-riskji anteċedenti u eżistenti li huwa konsistenti ma' l-Anness tad-Direttiva 2001/18/KE. (l) Metodi ssuġġeriti għall-amministrazzjoni, ħażna, transport u użu sikuri, inklużi l-imballaġġ, tikkettjar, dokumentazzjoni, rimi u proċeduri ta' kontinġenza, fejn xieraq. (m) Stat regolatorju tal-GMO fl-Istat ta' l-esport (per eżempju, jekk huwiex projbit fl-Istat ta' l-esport, jekk hemmx restrizzjonijiet oħrajn, jew jekk ġiex approvat għar-rilaxx ġenerali) u, jekk il-GMLO huwa pprojbit fl-Istat ta' l-esport, ir-raġuni jew raġunijiet għall-projbizzjoni. (n) Riżultat u skop ta' kull notifika mill-esportatur lil Stati oħrajn rigward il-GMO li ser jiġi ttrasferit. (o) Dikjarazzjoni li l-informazzjoni t' hawn fuq hija fattwalment korretta. -------------------------------------------------- 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|