+Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament:

(a) "trasportatur ta' l-ajru" ifisser mpriża tat-trasport permezz ta' l-ajru b'liċenza valida ta' l-operazzjoni;

(b) "trasportatur ta' l-ajru li jopera" ifisser trasportatur ta' l-ajru li jwettaq jew li għandu l-ħsieb li jwettaq titjira taħt kuntratt ma' passiġġier jew f'isem persuna oħra, legali jew naturali, li għandha kuntratt ma' dak il-passiġġier;

(ċ) "trasportatur Komunitarju" ifisser trasportatur ta' l-ajru b'liċenza valida ta' l-operazzjoni mogħtija minn Stat Membru skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Konsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar l-għoti ta' liċenzi lill-trasportaturi ta' l-ajru [5];

(d) "operatur tat-tour" ifisser, bl-eċċezzjoni ta' trasportatur ta' l-ajru, organizzatur fis-sens ta' l-Artikolu 2, il-punt 2, tad-Direttiva tal-Konsill 90/314/KEE tat-13 ta' Ġunju 1990 dwar vjaġġar package, vaganzi package u package tours [6];

(e) "package" ifisser dawk is-servizzi mfissrin fl-Artikolu 2, il-punt 1, tad-Direttiva 90/314/KEE;

(f) "biljett" ifisser dokument validu li jagħti intitolament għal transport jew xi ħaġa ekwivalenti mhux fil-forma ta' karta, inkluża forma elettronika, maħruġ jew awtorizzat mil-trasportatur ta' l-ajru jew l-aġent awtorizzat tiegħu;

(g) "reżervazzjoni" tfisser il-fatt li l-passiġġier għandu biljett, jew prova oħra, li tindika li r-reżervazzjoni ġiet aċċettata u rreġistrata, mil-trasportatur ta' l-ajru jew mill-operatur tat-tour;

(h) "destinazzjoni finali" ifisser id-destinazzjoni fuq il-biljett ippreżentat fil-post taċ-check-in jew, fil-każ ta' titjiriet konnessi direttament, id-destinazzjoni ta' l-aħħar titjira; titjiriet konnessi alternattivi li qegħdin għad-dispożizzjoni m'għandhomx jiġu meħudin in konsiderazzjoni jekk il-ħin oriġinali tal-wasla hu mħares;

(i) "persuna b'mobilitá mnaqqsa" ifisser kwalunkwe persuna li l-mobilitá tagħha hi mnaqqsa meta tuża' transport minħabba kwalunkwe disabbilitá fiżika (sensorja jew lokomotorja, permanenti jew temporanja), ħsara intellettwali, etá jew kwalunkwe kawża oħra ta' disabbilitá, u li s-sitwazzjoni tagħha teħtieġ attenzjoni speċjali u addattament għall-ħtiġijiet tal-persuna tas-servizzi mqegħda għad-dispożizzjoni tal-passiġġieri kollha;

(j) "il-fatt li persuna ma tħallietx titla" ifisser tiċħid għat-trasport ta' passiġġieri fuq titjira, minkejja li ppreżentaw lilhom infushom biex jitilgħu taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2), ħlief għal fejn hemm raġunijiet raġonevoli biex ma jitħallewx jitilgħu, bħal raġunijiet ta' saħħa, sigurezza u sigurtá, jew dokumentazzjoni ta' l-ivjaġġar mhux xierqa;

(k) "voluntier" ifisser persuna li ppreżenta lilu nnifsu biex jitla' taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2) u li jirrispondi b'mod pożittiv għas-sejħa għal passiġġieri tal-trasportatur ta' l-ajru preparati jħallu r-reżervazzjoni tagħhom b'skambju għal vantaġġi.

(l) "kanċellazzjoni" tfisser in-nuqqas ta' operazzjoni ta' titjira li kienet qabel ippjanata u fuq liema mill-inqas post wieħed kien irreżervat.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.02.2004 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0261
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.