1. Tim superviżorju konġunt għandu jiġi stabbilit għas-superviżjoni ta’ kull entità sinifikanti taħt superviżjoni jew grupp sinifikanti taħt superviżjoni fi Stati Membri parteċipanti. Kull tim superviżorju konġunt għandu jkun kompost minn membri tal-persunal mill-BĊE u mill-NCAs maħtura skont l-Artikolu 4 u li jaħdmu taħt il-koordinazzjoni ta’ membru tal-persunal innominat tal-BĊE (iktar ‘il quddiem il-“koordinatur tat-TSK”) u subkoordinatur tal-NCA wieħed jew aktar, kif stabbilit ulterjorment fl-Artikolu 6.