+Artikolu 3 Timijiet superviżorji konġunti
---+Artikolu 3 1
---+Artikolu 3 2

Artikolu 3 Timijiet superviżorji konġunti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1

1.   Tim superviżorju konġunt għandu jiġi stabbilit għas-superviżjoni ta’ kull entità sinifikanti taħt superviżjoni jew grupp sinifikanti taħt superviżjoni fi Stati Membri parteċipanti. Kull tim superviżorju konġunt għandu jkun kompost minn membri tal-persunal mill-BĊE u mill-NCAs maħtura skont l-Artikolu 4 u li jaħdmu taħt il-koordinazzjoni ta’ membru tal-persunal innominat tal-BĊE (iktar ‘il quddiem il-“koordinatur tat-TSK”) u subkoordinatur tal-NCA wieħed jew aktar, kif stabbilit ulterjorment fl-Artikolu 6.

Artikolu 3 2

2.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta’ dan ir-Regolament, il-kompiti ta’ tim superviżorju konġunt għandhom jinkludu, iżda ma għandhomx ikunu limitati għal, dawn li ġejjin:

(a)

it-twettiq tal-proċess superviżorju ta’ rieżami u evalwazzjoni (PSRE) li għalih issir referenza [bħala “Rieżami superviżorju u proċess ta’ evalwazzjoni”] fl-Artikolu 97 tad-Direttiva 2013/36/UE għall-entità sinifikanti taħt superviżjoni jew grupp sinifikanti taħt superviżjoni li jkunu taħt is-superviżjoni tiegħu;

(b)

waqt li jitqies il-PSRE, il-parteċipazzjoni fit-tħejjija ta’ programm ta’ eżami superviżorju li jrid jiġi propost lill-Bord Superviżorju, inkluż pjan ta’ spezzjoni fuq is-sit, kif stipulat fl-Artikolu 99 tad-Direttiva 2013/36/KE, għal entità sinifikanti taħt superviżjoni jew grupp sinifikanti taħt superviżjoni;

(c)

l-implimentazzjoni tal-programm ta’ eżami superviżorju approvat mill-BĊE u kull deċiżjoni superviżorja tal-BĊE fir-rigward tal-entità sinifikanti taħt superviżjoni jew grupp sinifikanti taħt superviżjoni li jkunu taħt is-superviżjoni tiegħu;

(d)

li tiġi żgurata koordinazzjoni tat-tim ta’ spezzjoni fuq is-sit imsemmi fil-Parti XI fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ spezzjoni mhux fuq is-sit;

(e)

koordinazzjoni mal-NCAs fejn relevanti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0468
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.