2. Fi żmien xahrejn minn meta tirċievi l-komunikazzjoni mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru mhux parteċipanti, il-BĊE, fil-każ ta’ fergħa li tkun sinifikanti skont il-kriterji stipulati fl-Artikolu 6 tar-Regolament MSU u fil-Parti IV ta’ dan ir-Regolament, jew l-NCA relevanti f’każ ta’ fergħa li tkun inqas sinifikanti fuq il-bażi tal-kriterji stipulati fl-Artikolu 6 tar-Regolament MSU u fil-Parti IV ta’ dan ir-Regolament, għandha tippreparara biex tissorvelja lill-fergħa b’mod konformi mal-Artikoli 40 sa 46 tad-Direttiva 2013/36/UE, u jekk ikun meħtieġ, tindika l-kundizzjonijiet li taħthom, fl-interessi tal-ġid komuni, il-fergħa tista’ twettaq l-attività tagħha fl-Istat Membru ospitanti.