+Artikolu 13 Notifika tal-eżerċitar tad-dritt ta’ stabbiliment fi ħdan l-MSU minn istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti
---+Artikolu 13 1
---+Artikolu 13 2
---+Artikolu 13 3
---+Artikolu 13 4
|
Artikolu 13 Notifika tal-eżerċitar tad-dritt ta’ stabbiliment fi ħdan l-MSU minn istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1
|
1. Meta l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru parteċipanti tikkomunika l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 35(2) tad-Direttiva 2013/36/UE b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 35(3) tiegħu, l-NCA tal-Istat Membru parteċipanti fejn trid tiġi stabbilita l-fergħa għandha tkun id-destinatarja ta’ dik il-komunikazzjoni. L-NCA għandha tinforma lill-BĊE minnufih malli tirċievi din il-komunikazzjoni.
|
|
Artikolu 13 2
|
2. Fi żmien xahrejn minn meta tirċievi l-komunikazzjoni mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru mhux parteċipanti, il-BĊE, fil-każ ta’ fergħa li tkun sinifikanti skont il-kriterji stipulati fl-Artikolu 6 tar-Regolament MSU u fil-Parti IV ta’ dan ir-Regolament, jew l-NCA relevanti f’każ ta’ fergħa li tkun inqas sinifikanti fuq il-bażi tal-kriterji stipulati fl-Artikolu 6 tar-Regolament MSU u fil-Parti IV ta’ dan ir-Regolament, għandha tippreparara biex tissorvelja lill-fergħa b’mod konformi mal-Artikoli 40 sa 46 tad-Direttiva 2013/36/UE, u jekk ikun meħtieġ, tindika l-kundizzjonijiet li taħthom, fl-interessi tal-ġid komuni, il-fergħa tista’ twettaq l-attività tagħha fl-Istat Membru ospitanti.
|
|
Artikolu 13 3
|
3. L-NCAs għandhom jinformaw lill-BĊE dwar il-kundizzjonijiet li taħthom, taħt il-liġi nazzjonali u fl-interessi tal-ġid ġenerali, l-attivitajiet jistgħu jitwettqu minn fergħa fl-Istat Membru tagħhom.
|
|
Artikolu 13 4
|
4. Bidla fi kwalunkwe informazzjoni pprovduta mill-istituzzjoni ta’ kreditu li tkun tixtieq tistabbilixxi fergħa skont il-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 35(2) tad-Direttiva 2013/36/UE għandha tiġi nnotifikata lill-NCA msemmija fil-paragrafu 1.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0468
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|