5. Jekk tiġi adottata deċiżjoni superviżorja urġenti tal-BĊE b’mod konformi mal-paragrafu 4, il-parti għandha tingħata l-opportunità li tikkummenta bil-miktub dwar il-fatti, l-oġġezzjonijiet u r-raġunijiet legali relevanti għad-deċiżjoni superviżorja tal-BĊE mingħajr dewmien żejjed wara li tiġi adottata. Il-parti għandha, fil-prinċipju, tingħata l-opportunità li tipprovdi l-kummenti tagħha bil-miktub fi żmien ġimagħtejn minn meta tirċievi d-deċiżjoni superviżorja tal-BĊE. Fuq applikazzjoni mingħand il-parti, il-BĊE jista’ jestendi t-terminu ta’ żmien; madankollu, it-terminu ta’ żmien ma jistax jaqbeż is-sitt xhur. Il-BĊE għandu jagħmel rieżami tad-deċiżjoni superviżorja tal-BĊE fid-dawl tal-kummenti tal-parti u jista’ jew jikkonfermaha, jirrevokaha, jemendaha jew inkella jirrevokaha u jissostitwiha b’deċiżjoni superviżorja ġdida tal-BĊE.