+Artikolu 31 Id-dritt li wieħed jinstema’
---+Artikolu 31 1
---+Artikolu 31 2
---+Artikolu 31 3
---+Artikolu 31 4
---+Artikolu 31 5
---+Artikolu 31 6
|
Artikolu 31 Id-dritt li wieħed jinstema’
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 31 1
|
1. Qabel ma l-BĊE jkun jista’ jadotta deċiżjoni superviżorja tal-BĊE indirizzata lil parti li taffettwa b’mod negattiv id-drittijiet ta’ dik il-parti, il-parti għandha tingħata l-opportunità li tikkummenta bil-miktub lill-BĊE dwar il-fatti, l-oġġezzjonijiet u r-raġunijiet legali relevanti għad-deċiżjoni superviżorja tal-BĊE. Jekk il-BĊE jidhirlu li huwa xieraq huwa jista’ jagħti lill-partijiet l-opportunità li jikkummentaw dwar il-fatti, l-oġġezzjonijiet u r-raġunijiet legali relevanti għad-deċiżjoni superviżorja tal-BĊE f’laqgħa. In-notifika li permezz tagħha l-BĊE jagħti lil parti l-opportunità li tipprovdi l-kummenti tagħha għandha ssemmi l-kontenut materjali tad-deċiżjoni superviżorja maħsuba tal-BĊE u l-fatti materjali, l-oġġezzjonijiet u r-raġunijiet legali li fuqhom il-BĊE jkollu l-ħsieb li jibbaża d-deċiżjoni tiegħu. It-Taqsima 1 tal-Kapitolu III tar-Regolament MSU ma għandhiex tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 31 2
|
2. Jekk il-BĊE jagħti lil parti l-opportunità li tikkummenta dwar il-fatti, l-oġġezzjonijiet u r-raġunijiet legali relevanti għad-deċiżjoni superviżorja tal-BĊE waqt laqgħa, l-assenza tal-parti mhijiex raġuni biex tiġi ddifferita l-laqgħa, ħlief jekk tkun ġiet debitament skużata milli tattendi. Jekk il-parti tiġi debitament skużata, il-BĊE jista’ jiddiferixxi l-laqgħa jew jagħti lill-parti l-opportunità li tikkummenta dwar il-fatti, l-oġġezzjonijiet u r-raġunijiet legali relevanti għad-deċiżjoni superviżorja tal-BĊE bil-miktub. Il-BĊE għandu jħejji minuti bil-miktub tal-laqgħa li għandhom jiġu ffirmati mill-partijiet u għandu jipprovdi kopja tal-minuti lill-partijiet.
|
|
Artikolu 31 3
|
3. Il-parti għandha, fil-prinċipju, tingħata l-opportunità li tagħti l-kummenti tagħha bil-miktub fi skadenza ta’ ġimagħtejn wara li tirċievi dikjarazzjoni li tistabbilixxi l-fatti, l-oġġezzjonijiet u r-raġunijiet legali li fuqhom il-BĊE jkun beħsiebu jibbaża d-deċiżjoni superviżorja tal-BĊE.
Fuq applikazzjoni tal-parti, il-BĊE jista’ jestendi t-terminu ta’ żmien kif xieraq.
F’ċirkustanzi partikolari, il-BĊE jista’ jqassar it-terminu ta’ żmien għal tlett ijiem tax-xogħol. It-terminu taż-żmien għandu jitqassar ukoll għal tlett ijiem tax-xogħol fis-sitwazzjonijiet koperti mill-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament MSU.
|
|
Artikolu 31 4
|
4. Minkejja l-paragrafu 3, u suġġett għall-paragrafu 5, il-BĊE jista’ jadotta deċiżjoni superviżorja tal-BĊE indirizzata lil parti li taffettwa b’mod negattiv id-drittijiet ta’ dik il-parti mingħajr ma jagħti lill-parti l-opportunità li tikkummenta dwar il-fatti, l-oġġezzjonijiet u r-raġunijiet legali relevanti għad-deċiżjoni superviżorja tal-BĊE qabel ma tiġi adottata jekk deċiżjoni urġenti tidher li tkun meħtieġa sabiex tiġi evitata ħsara sinifikanti għas-sistema finanzjarja.
|
|
Artikolu 31 5
|
5. Jekk tiġi adottata deċiżjoni superviżorja urġenti tal-BĊE b’mod konformi mal-paragrafu 4, il-parti għandha tingħata l-opportunità li tikkummenta bil-miktub dwar il-fatti, l-oġġezzjonijiet u r-raġunijiet legali relevanti għad-deċiżjoni superviżorja tal-BĊE mingħajr dewmien żejjed wara li tiġi adottata. Il-parti għandha, fil-prinċipju, tingħata l-opportunità li tipprovdi l-kummenti tagħha bil-miktub fi żmien ġimagħtejn minn meta tirċievi d-deċiżjoni superviżorja tal-BĊE. Fuq applikazzjoni mingħand il-parti, il-BĊE jista’ jestendi t-terminu ta’ żmien; madankollu, it-terminu ta’ żmien ma jistax jaqbeż is-sitt xhur. Il-BĊE għandu jagħmel rieżami tad-deċiżjoni superviżorja tal-BĊE fid-dawl tal-kummenti tal-parti u jista’ jew jikkonfermaha, jirrevokaha, jemendaha jew inkella jirrevokaha u jissostitwiha b’deċiżjoni superviżorja ġdida tal-BĊE.
|
|
Artikolu 31 6
|
6. Għal proċeduri superviżorji tal-BĊE relatati ma’ penali skont l-Artikolu 18 tar-Regolament MSU u Parti X ta’dan ir-Regolament, il-paragrafi 4 u 5 ma għandhomx japplikaw.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0468
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|