3. F’każ ta’ notifika bil-fomm ta’ deċiżjoni superviżorja tal-BĊE, notifika tad-deċiżjoni għandha titqies li ngħatat lid-destinatarju jekk membru tal-persunal tal-BĊE jkun informa (a) lill-persuna fiżika relevanti, fil-każ ta’ persuna fiżika jew (b) aġent riċevitur awtorizzat tal-persuna ġuridika, fil-każ ta’ persuna ġuridika, tad-deċiżjoni superviżorja tal-BĊE. F’każ bħal dan, id-destinatarju għandu jingħata kopja bil-miktub tad-deċiżjoni superviżorja tal-BĊE mingħajr dewmien żejjed wara dik in-notifika bil-fomm.