+Artikolu 35 Notifika ta’ deċiżjonijiet superviżorji tal-BĊE
---+Artikolu 35 1
---+Artikolu 35 2
---+Artikolu 35 3
---+Artikolu 35 4
---+Artikolu 35 5
---+Artikolu 35 6
---+Artikolu 35 7
---+Artikolu 35 8
---+Artikolu 35 9
---+Artikolu 35 10
|
Artikolu 35 Notifika ta’ deċiżjonijiet superviżorji tal-BĊE
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 35 1
|
1. Il-BĊE jista’ jinnotifika deċiżjoni superviżorja tal-BĊE lil parti (a) bil-fomm, (b) billi jinnotifika jew iwassal bl-idejn kopja tad-deċiżjoni superviżorja, (c) b’posta rreġistrata b’formola ta’ konferma, (d) b’servizz bil-kurrier express, (e) bit-telefax, jew (f) b’mod elettroniku, skont il-paragrafu 10.
|
|
Artikolu 35 2
|
2. Jekk rappreżentant jingħata mandat bil-miktub, il-BĊE jista’ jinnotifika d-deċiżjoni superviżorja tal-BĊE lir-rappreżentant. F’dawk il-każijiet il-BĊE ma jkunx obbligat li jinnotifika wkoll id-deċiżjoni superviżorja tal-BĊE lill-entità taħt superviżjoni rrappreżentata minn dak ir-rappreżentant.
|
|
Artikolu 35 3
|
3. F’każ ta’ notifika bil-fomm ta’ deċiżjoni superviżorja tal-BĊE, notifika tad-deċiżjoni għandha titqies li ngħatat lid-destinatarju jekk membru tal-persunal tal-BĊE jkun informa (a) lill-persuna fiżika relevanti, fil-każ ta’ persuna fiżika jew (b) aġent riċevitur awtorizzat tal-persuna ġuridika, fil-każ ta’ persuna ġuridika, tad-deċiżjoni superviżorja tal-BĊE. F’każ bħal dan, id-destinatarju għandu jingħata kopja bil-miktub tad-deċiżjoni superviżorja tal-BĊE mingħajr dewmien żejjed wara dik in-notifika bil-fomm.
|
|
Artikolu 35 4
|
4. F’każ ta’ notifika ta’ deċiżjoni superviżorja tal-BĊE b’ittra rreġistrata b’formola ta’ konferma, in-notifika tad-deċiżjoni superviżorja tal-BĊE titqies li ngħatat lid-destinatarju fl-għaxar jum wara li l-ittra tkun ġiet mgħoddija lill-fornitur tas-servizz tal-posta, sakemm il-konferma tal-irċevuta ma tindikax li l-ittra ġiet irċevuta f’data differenti.
|
|
Artikolu 35 5
|
5. F’każ ta’ notifika ta’ deċiżjoni superviżorja tal-BĊE b’servizz express bil-kurrier, in-notifika tad-deċiżjoni superviżorja tal-BĊE għandha titqies li ngħatat lid-destinatarju fl-għaxar jum wara li l-ittra ġiet mgħoddija lis-servizz tal-kurrier, ħlief jekk id-dokument tal-konsenja tas-servizz tal-kurrier jindika li l-ittra ġiet irċevuta f’data differenti.
|
|
Artikolu 35 6
|
6. Għall-finijiet tal-paragrafi 4 u 5, id-deċiżjoni superviżorja tal-BĊE għandha tkun indirizzata lil indirizz adattat għan-notifika (indirizz validu). Indirizz validu huwa:
|
(a)
|
fil-każ ta’ proċedura superviżorja tal-BĊE mibdija fuq talba jew applikazzjoni tad-destinatarju ta’ deċiżjoni superviżorja tal-BĊE, l-indirizz ipprovdut mid-destinatarju fit-talba jew applikazzjoni tiegħu;
|
|
(b)
|
fil-każ ta’ entità taħt superviżjoni, l-aħħar indirizz tan-negozju tal-uffiċċju prinċipali pprovdut lill-BĊE mill-entità taħt superviżjoni;
|
|
(c)
|
fil-każ ta’ persuna fiżika, l-aħħar indirizz ipprovdut lill-BĊE u jekk ebda indirizz ma jiġi pprovdut lill-BĊE u l-persuna fiżika tkun impjegat, maniġer jew azzjonist ta’ entità taħt superviżjoni, l-indirizz tan-negozju tal-entità taħt superviżjoni skont (b).
|
|
|
Artikolu 35 7
|
7. Kull persuna li tkun parti għal proċedura superviżorja tal-BĊE għandha tipprovdi lill-BĊE indirizz validu fuq talba.
|
|
Artikolu 35 8
|
8. Jekk il-persuna tkun stabbilita jew iddomiċiljata fi Stat li ma jkunx Stat Membru, il-BĊE jista’ jesiġi li l-parti ssemmi, f’perijodu ta’ żmien raġonevoli, riċevitur awtorizzat li jkun residenti fi Stat Membru jew li jkollu post ta’ negozju fi Stat Membru. Jekk ebda riċevitur awtorizzat ma jissemma fuq talba ta’ din ix-xorta u sakemm tali riċevitur awtorizzat jissemma rispettivament, kull komunikazzjoni tista’ tiġi nnotifikata b’mod konformi mal-paragrafi 3 sa 5 u 9 fl-indirizz tal-parti disponibbli għall-BĊE.
|
|
Artikolu 35 9
|
9. Meta l-persuna li tkun id-destinatarja ta’ deċiżjoni superviżorja tal-BĊE tkun ipprovdiet numru tal-fax lill-BĊE, il-BĊE għandu jinnotifika deċiżjoni superviżorja tal-BĊE billi jibgħat kopja tad-deċiżjoni superviżorja tal-BĊE b’telefax. Id-deċiżjoni superviżorja tal-BĊE titqies li ġiet innotifikata lid-destinatarju jekk il-BĊE jkun rċieva rapport ta’ tlestija mal-konsenja b’suċċess tat-telefax.
|
|
Artikolu 35 10
|
10. Il-BĊE jista’ jiddetermina l-kriterji li taħthom deċiżjoni superviżorja tal-BĊE tista’ tiġi nnotifikata b’mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni jew oħrajn kumparabbli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0468
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|