+Artikolu 39 Klassifikazzjoni ta’ entità taħt superviżjoni fuq bażi individwali bħala sinifikanti
---+Artikolu 39 1
---+Artikolu 39 2
---+Artikolu 39 3
---+Artikolu 39 4
---+Artikolu 39 5
---+Artikolu 39 6
|
Artikolu 39 Klassifikazzjoni ta’ entità taħt superviżjoni fuq bażi individwali bħala sinifikanti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 39 1
|
1. Entità taħt superviżjoni għandha titqies bħala entità sinifikanti taħt superviżjoni jekk il-BĊE jiddetermina dan f’deċiżjoni tal-BĊE indirizzata lill-entità relevanti taħt superviżjoni skont l-Artikoli 43 sa 49, waqt li jispjega r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata dik id-deċiżjoni.
|
|
Artikolu 39 2
|
2. Entità taħt superviżjoni m’għandhiex tkompli tiġi kklassifikata bħala entità sinifikanti taħt superviżjoni jekk il-BĊE jiddetermina, f’deċiżjoni tal-BĊE indirizzata lill-entità taħt superviżjoni li tispjega r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata dik id-deċiżjoni, li hija entità inqas sinifikanti taħt superviżjoni jew ma għadhiex entità taħt superviżjoni.
|
|
Artikolu 39 3
|
3. Entità taħt superviżjoni tista’ tiġi kklassifikata bħala entità sinifikanti taħt superviżjoni fuq il-bażi ta’ xi waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a)
|
id-daqs tagħha, kif stabbilit skont l-Artikoli 50 sa 55 (iktar ‘il quddiem il-“kriterju tad-daqs”);
|
|
(b)
|
l-importanza tagħha għall-ekonomija tal-Unjoni jew kwalunkwe Stat Membru, kif iddeterminat skont l-Artikoli 56 sa 58 (iktar ‘il quddiem il-“kriterju tal-importanza ekonomika”);
|
|
(c)
|
is-sinifikanza tagħha fir-rigward ta’ attivitajiet transkonfinali, kif iddeterminat skont l-Artikoli 59 u 60 (iktar ‘il quddiem il-“kriterju tal-attivitajiet transkonfinali”);
|
|
(d)
|
talba għal jew ir-riċeviment ta’ assistenza finanzjarja pubblika diretta mill-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabilità (MES), kif iddeterminat skont l-Artikoli 61 sa 64 (iktar ‘il quddiem il-“kriterju ta’ assistenza finanzjarja pubblika diretta”);
|
|
(e)
|
il-fatt li l-entità taħt superviżjoni tkun waħda mit-tliet istituzzjonijiet ta’ kreditu l-aktar sinifikanti fi Stat Membru parteċipanti, kif iddeterminat skont l-Artikoli 65 u 66.
|
|
|
Artikolu 39 4
|
4. L-entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni għandhom jaqgħu taħt is-superviżjoni diretta tal-BĊE ħlief jekk ċirkustanzi partikolari jiġġustifikaw superviżjoni mill-NCA relevanti skont it-Titolu 9 ta’ din il-Parti.
|
|
Artikolu 39 5
|
5. Il-BĊE għandu jissorvelja wkoll direttament entità inqas sinifikanti taħt superviżjoni jew grupp inqas sinifikanti taħt superviżjoni taħt deċiżjoni tal-BĊE adottata skont l-Artikolu 6(5)(b) tar-Regolament MSU bl-effett li l-BĊE jeżerċita direttament is-setgħat relevanti kollha msemmija fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament MSU. Għall-finijiet tal-MSU, l-entità inqas sinifikanti taħt superviżjoni jew grupp inqas sinifikanti taħt superviżjoni għandhom jiġu kklassifikati bħala sinifikanti.
|
|
Artikolu 39 6
|
6. Qabel ma jieħu d-deċiżjonijiet tal-BĊE msemmija f’dan l-Artikolu, il-BĊE għandu jikkonsulta lill-NCAs relevanti. Kull deċiżjoni tal-BĊE msemmija f’dan l-Artikolu għandha tiġi nnotifikata wkoll lill-NCAs relevanti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0468
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|