7. Il-BĊE għandu jiddetermina jekk entità taħt superviżjoni jew grupp taħt superviżjoni huwiex sinifikanti billi juża l-kriterji pprovduti fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament MSU fl-ordni stabbilita hemmhekk, jiġifieri: (a) id-daqs; (b) l-importanza għall-ekonomija tal-Unjoni jew ta’ kwalunkwe Stat Membru parteċipanti; (c) is-sinifikanza tal-attivitajiet transkonfinali; (d) talba għal jew riċeviment ta’ assistenza finanzjarja pubblika direttament mingħand il-FESF jew il-MES; (e) il-fatt li hija waħda mit-tliet istituzzjonijiet ta’ kreditu l-aktar sinifikanti fi Stat Membru parteċipanti.