+Artikolu 43 Rieżami tal-istatus ta’ entità taħt superviżjoni
---+Artikolu 43 1
---+Artikolu 43 2
---+Artikolu 43 3
---+Artikolu 43 4
---+Artikolu 43 5
---+Artikolu 43 6
---+Artikolu 43 7
|
Artikolu 43 Rieżami tal-istatus ta’ entità taħt superviżjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 43 1
|
1. Ħlief jekk ikun ipprovdut mod ieħor f’dan ir-Regolament, il-BĊE għandu jagħmel rieżami, ta’ mill-inqas fuq bażi annwali, dwar jekk entità sinifikanti taħt superviżjoni jew grupp sinifikanti taħt superviżjoni għadux jissodisfa xi wieħed mill-kriterji pprovduti fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament MSU.
|
|
Artikolu 43 2
|
2. Ħlief jekk ikun ipprovdut mod ieħor f’dan ir-Regolament, kull NCA għandha tagħmel rieżami, ta’ mill-inqas fuq bażi annwali, dwar jekk entità inqas sinifikanti taħt superviżjoni jew grupp inqas sinifikanti taħt superviżjoni jissodisfax xi wieħed mill-kriterji pprovduti fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament MSU. Fil-każ ta’ grupp inqas sinifikanti taħt superviżjoni, dan ir-rieżami għandu jsir mill-NCA relevanti tal-Istat Membru parteċipanti fejn tkun stabbilita l-impriża prinċipali, li għandu jiġi ddeterminat fl-ogħla livell ta’ konsiderazzjoni fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti.
|
|
Artikolu 43 3
|
3. Il-BĊE jista’ jagħmel rieżami, fi kwalunkwe ħin wara li jirċievi l-informazzjoni relevanti, b’mod partikolari fil-każijiet speċifikati fl-Artikolu 52, dwar jekk (a) entità taħt superviżjoni tissodisfax xi wieħed mill-kriterji pprovduti fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament MSU u (b) jekk entità sinifikanti taħt superviżjoni ma għadhiex tissodisfa xi wieħed mill-kriterji pprovduti fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament MSU.
|
|
Artikolu 43 4
|
4. Jekk NCA tistabbilixxi li entità inqas sinifikanti taħt superviżjoni jew grupp inqas sinifikanti taħt superviżjoni jissodisfa xi wieħed mill-kriterji pprovduti fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament MSU, l-NCA relevanti għandha, mingħajr dewmien żejjed, tinforma lill-BĊE.
|
|
Artikolu 43 5
|
5. Fuq talba tal-BĊE jew ta’ NCA, il-BĊE u l-NCA relevanti għandhom jikkooperaw biex jiddeterminaw jekk xi wieħed mill-kriterji pprovduti fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament MSU huwiex sodisfatt fir-rigward ta’ entità taħt superviżjoni jew grupp taħt superviżjoni.
|
|
Artikolu 43 6
|
6. Jekk il-BĊE (a) jiddeċiedi li jassumi s-superviżjoni diretta ta’ entità taħt superviżjoni jew grupp taħt superviżjoni jew (b) jiddeċiedi li s-superviżjoni diretta ta’ entità taħt superviżjoni jew grupp taħt superviżjoni mill-BĊE għandha tintemm, il-BĊE u l-NCA relevanti għandhom jikkooperaw sabiex jiżguraw it-tranżizzjoni mingħajr xkiel tal-kompetenzi superviżorji. B’mod partikolari, rapport li jistabbilixxi l-istorja superviżorja u l-profil ta’ riskju tal-entità taħt superviżjoni għandu jitħejja mill-NCA relevanti meta l-BĊE jassumi s-superviżjoni diretta ta’ entità taħt superviżjoni, u mill-BĊE meta l-NCA relevanti ssir kompetenti biex tagħmel superviżjoni tal-entità kkonċernata.
|
|
Artikolu 43 7
|
7. Il-BĊE għandu jiddetermina jekk entità taħt superviżjoni jew grupp taħt superviżjoni huwiex sinifikanti billi juża l-kriterji pprovduti fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament MSU fl-ordni stabbilita hemmhekk, jiġifieri: (a) id-daqs; (b) l-importanza għall-ekonomija tal-Unjoni jew ta’ kwalunkwe Stat Membru parteċipanti; (c) is-sinifikanza tal-attivitajiet transkonfinali; (d) talba għal jew riċeviment ta’ assistenza finanzjarja pubblika direttament mingħand il-FESF jew il-MES; (e) il-fatt li hija waħda mit-tliet istituzzjonijiet ta’ kreditu l-aktar sinifikanti fi Stat Membru parteċipanti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0468
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|