2. Il-BĊE għandu jinnotifika bil-miktub, fil-qafas taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 45, deċiżjoni tal-BĊE dwar il-klassifikazzjoni ta’ entità taħt superviżjoni jew grupp taħt superviżjoni bħala sinifikanti għal kull entità taħt superviżjoni kkonċernata u għandu jikkomunika wkoll dik id-deċiżjoni lill-NCA relevanti. Għal entitajiet taħt superviżjoni li huma parti minn grupp sinifikanti taħt superviżjoni, il-BĊE għandu jinnotifika d-deċiżjoni tal-BĊE lill-entità taħt superviżjoni fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti u għandu jiżgura li l-entitajiet kollha taħt superviżjoni fi ħdan il-grupp sinifikanti taħt superviżjoni jiġu infurmati kif meħtieġ.