+Artikolu 44 Proċedura li għandha tiġi applikata meta jiġi ddeterminat is-sinifikat ta’ entità taħt superviżjoni
---+Artikolu 44 1
---+Artikolu 44 2
---+Artikolu 44 3
---+Artikolu 44 4
---+Artikolu 44 5
---+Artikolu 44 6
|
Artikolu 44 Proċedura li għandha tiġi applikata meta jiġi ddeterminat is-sinifikat ta’ entità taħt superviżjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 44 1
|
1. Meta jkun qed jiddeċiedi dwar il-klassifikazzjoni ta’ entità taħt superviżjoni jew grupp taħt superviżjoni bħala sinifikanti taħt dan it-Titolu, u ħlief jekk stipulat mod ieħor, il-BĊE għandu japplika r-regoli proċedurali tat-Titolu 2 tal-Parti III ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 44 2
|
2. Il-BĊE għandu jinnotifika bil-miktub, fil-qafas taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 45, deċiżjoni tal-BĊE dwar il-klassifikazzjoni ta’ entità taħt superviżjoni jew grupp taħt superviżjoni bħala sinifikanti għal kull entità taħt superviżjoni kkonċernata u għandu jikkomunika wkoll dik id-deċiżjoni lill-NCA relevanti. Għal entitajiet taħt superviżjoni li huma parti minn grupp sinifikanti taħt superviżjoni, il-BĊE għandu jinnotifika d-deċiżjoni tal-BĊE lill-entità taħt superviżjoni fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti u għandu jiżgura li l-entitajiet kollha taħt superviżjoni fi ħdan il-grupp sinifikanti taħt superviżjoni jiġu infurmati kif meħtieġ.
|
|
Artikolu 44 3
|
3. Għall-entitajiet taħt superviżjoni li mhumiex innotifikati mill-BĊE skont il-paragrafu 1, il-lista msemmija fl-Artikolu 49(2) għandha sservi bħala notifika tal-klassifikazzjoni tagħhom bħala inqas sinifikanti.
|
|
Artikolu 44 4
|
4. Il-BĊE għandu jagħti lil kull entità taħt superviżjoni l-opportunità li tagħmel sottomissjonijiet bil-miktub qabel ma tiġi adottata deċiżjoni tal-BĊE skont il-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 44 5
|
5. Il-BĊE għandu, barra minn hekk, jagħti lill-NCAs relevanti, b’mod konformi mal-Artikolu 39(6), l-opportunità li jipprovdu osservazzjonijiet u kummenti bil-miktub, u dawn għandhom jitqiesu debitament mill-BĊE.
|
|
Artikolu 44 6
|
6. Entità taħt superviżjoni jew grupp taħt superviżjoni għandhom jiġu kklassifikati bħala entità sinifikanti taħt superviżjoni jew grupp sinifikanti taħt superviżjoni mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-BĊE li tiddetermina li hija entità sinifikanti taħt superviżjoni jew grupp sinifikanti taħt superviżjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0468
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|