1. Fil-każ ta’ entità sinifikanti taħt superviżjoni li tkun ikklassifikata bħala tali fuq il-bażi ta’ (a) id-daqs tagħha, (b) l-importanza tagħha għall-ekonomija tal-Unjoni jew ta’ xi Stat Membru parteċipanti, jew (c) is-sinifikanza tal-attivitajiet transkonfinali, jew għaliex tkun parti minn grupp taħt superviżjoni li jissodisfa ta’ mill-inqas wieħed minn dawn il-kriterji, il-BĊE għandu jadotta deċiżjoni tal-BĊE li ttemm il-klassifikazzjoni tagħha bħala entità sinifikanti taħt superviżjoni u s-superviżjoni diretta jekk, għal tliet snin kalendarji konsekuttivi, ebda wieħed mill-kriterji msemmija hawn fuq ipprovduti fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament MSU ma jkun ġie ssodisfat fuq bażi individwali jew mill-grupp taħt superviżjoni li lilu tappartjeni l-entità taħt superviżjoni.