+Artikolu 47 Raġunijiet għat-temma tas-superviżjoni diretta mill-BĊE
---+Artikolu 47 1
---+Artikolu 47 2
---+Artikolu 47 3
---+Artikolu 47 4
|
Artikolu 47 Raġunijiet għat-temma tas-superviżjoni diretta mill-BĊE
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 47 1
|
1. Fil-każ ta’ entità sinifikanti taħt superviżjoni li tkun ikklassifikata bħala tali fuq il-bażi ta’ (a) id-daqs tagħha, (b) l-importanza tagħha għall-ekonomija tal-Unjoni jew ta’ xi Stat Membru parteċipanti, jew (c) is-sinifikanza tal-attivitajiet transkonfinali, jew għaliex tkun parti minn grupp taħt superviżjoni li jissodisfa ta’ mill-inqas wieħed minn dawn il-kriterji, il-BĊE għandu jadotta deċiżjoni tal-BĊE li ttemm il-klassifikazzjoni tagħha bħala entità sinifikanti taħt superviżjoni u s-superviżjoni diretta jekk, għal tliet snin kalendarji konsekuttivi, ebda wieħed mill-kriterji msemmija hawn fuq ipprovduti fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament MSU ma jkun ġie ssodisfat fuq bażi individwali jew mill-grupp taħt superviżjoni li lilu tappartjeni l-entità taħt superviżjoni.
|
|
Artikolu 47 2
|
2. Fil-każ ta’ entità taħt superviżjoni li tkun ikklassifikata bħala sinifikanti fuq il-bażi li tkun intalbet assistenza finanzjarja pubblika diretta mingħand l-MES fir-rigward (a) tagħha stess, (b) ta’ grupp taħt superviżjoni li għalih tappartjeni l-entità taħt superviżjoni, jew (c) kull entità taħt superviżjoni li tappartjeni għal dak il-grupp u li ma hijiex sinifikanti fuq xi bażi oħra, il-BĊE għandu jadotta deċiżjoni tal-BĊE li ttemm il-klassifikazzjoni tagħha bħala entità sinifikanti taħt superviżjoni u s-superviżjoni diretta, jekk l-assistenza finanzjarja pubblika diretta tkun ġiet miċħuda, imrodda lura bis-sħiħ jew mitmuma. F’każ li l-assistenza finanzjarja pubblika diretta tintradd lura jew tintemm, dik id-deċiżjoni tista’ tittieħed biss tliet snin kalendarji wara li l-assistenza finanzjarja pubblika diretta tintradd lura għal kollox jew tintemm.
|
|
Artikolu 47 3
|
3. F’każ ta’ entità taħt superviżjoni li tkun ikklassifikata bħala sinifikanti fuq il-bażi li hija waħda mit-tliet istituzzjonijiet ta’ kreditu l-aktar sinifikanti fi Stat Membru parteċipanti, kif iddeterminat skont l-Artikoli 65 sa 66, jew li tkun tappartjeni lill-grupp taħt superviżjoni ta’ tali istituzzjoni ta’ kreditu, u li ma tkunx sinifikanti fuq bażi oħra, il-BĊE għandu jadotta deċiżjoni tal-BĊE li ttemm il-klassifikazzjoni tagħha bħala entità sinifikanti taħt superviżjoni jew is-superviżjoni diretta jekk, għal tliet snin kalendarji konsekuttivi, l-entità relevanti taħt superviżjoni ma kinitx waħda mit-tliet istituzzjonijiet ta’ kreditu l-aktar sinifikanti fi Stat Membru parteċipanti.
|
|
Artikolu 47 4
|
4. Fil-każ ta’ entità taħt superviżjoni li tkun issorveljata direttament mill-BĊE taħt deċiżjoni tal-BĊE adottata skont l-Artikolu 6(5)(b) tar-Regolament MSU u li ma tkunx sinifikanti fuq xi bażi oħra, il-BĊE għandu jadotta deċiżjoni tal-BĊE li ttemm is-superviżjoni diretta mill-BĊE jekk fid-diskrezzjoni tiegħu s-superviżjoni diretta ma tkunx għadha neċessarja sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ standards għoljin ta’ superviżjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0468
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|