+Artikolu 51 Bażi biex jiġi ddeterminat jekk entità taħt superviżjoni hijiex sinifikanti fuq il-bażi tad-daqs
---+Artikolu 51 1
---+Artikolu 51 2
---+Artikolu 51 3
---+Artikolu 51 4
---+Artikolu 51 5
|
Artikolu 51 Bażi biex jiġi ddeterminat jekk entità taħt superviżjoni hijiex sinifikanti fuq il-bażi tad-daqs
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 51 1
|
1. Jekk l-entità taħt superviżjoni tkun parti minn grupp taħt superviżjoni, il-valur totali tal-attiv tagħha għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tar-rapportar ikkonsolidat prudenzjali ta’ tmiem is-sena għall-grupp taħt superviżjoni skont il-liġi applikabbli.
|
|
Artikolu 51 2
|
2. Jekk l-attiv totali ma jkunx jista’ jiġi ddeterminati fuq il-bażi tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1, il-valur totali tal-attiv għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-kontijiet annwali kkonsolidati u vverifikati l-aktar reċenti li jkunu mħejjija b’konformità mal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS – International Financial Reporting Standards) applikabbli fi ħdan l-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u, jekk dawk il-kontijiet annwali ma jkunux disponibbli, il-kontijiet annwali kkonsolidati mħejjija skont il-liġijiet nazzjonali applikabbli dwar il-kontabilità.
|
|
Artikolu 51 3
|
3. Jekk l-entità taħt superviżjoni ma tkunx parti minn grupp taħt superviżjoni, il-valur totali tal-attiv tagħha għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tar-rapportar individwali prudenzjali ta’ tmiem is-sena skont il-liġi applikabbli.
|
|
Artikolu 51 4
|
4. Jekk l-attiv totali ma jkunx jista’ jiġi ddeterminat permezz tad-dejta msemmija fil-paragrafu 3, il-valur totali tal-attiv għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-kontijiet finanzjarji annwali vverifikati l-aktar reċenti li jkunu mħejjija skont l-IFRS, kif applikabbli fi ħdan l-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 u, jekk dawk il-kontijiet finanzjarji annwali ma jkunux disponibbli, il-kontijiet finanzjarji annwali mħejjija b’mod konformi mal-liġijiet nazzjonali applikabbli dwar il-kontabilità.
|
|
Artikolu 51 5
|
5. Jekk l-entità taħt superviżjoni tkun fergħa ta’ istituzzjoni ta’ kreditu li tkun stabbilita fi Stat Membru mhux parteċipanti, il-valur totali tal-attiv tagħha għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tad-dejta statistika rrapportata skont ir-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32) tal-Bank Ċentrali Ewropew (13).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0468
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|