2. Entità inqas sinifikanti taħt superviżjoni u, fil-każ ta’ grupp inqas sinifikanti taħt superviżjoni, l-entità inqas sinifikanti taħt superviżjoni fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti għandhom jinfurmaw lill-NCA relevanti dwar kwalunkwe bidla msemmija fil-paragrafu 1.
Entità sinifikanti taħt superviżjoni u, fil-każ ta’ grupp sinifikanti taħt superviżjoni, l-entità taħt superviżjoni fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti għandhom jinfurmaw lill-BĊE dwar kwalunkwe bidla msemmija fil-paragrafu 1.