+Artikolu 52 Bażi biex tiġi ddeterminata s-sinifikanza fuq il-bażi tad-daqs f’ċirkustanzi speċifiċi jew eċċezzjonali
---+Artikolu 52 1
---+Artikolu 52 2
---+Artikolu 52 3

Artikolu 52 Bażi biex tiġi ddeterminata s-sinifikanza fuq il-bażi tad-daqs f’ċirkustanzi speċifiċi jew eċċezzjonali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 52 1

1.   Jekk, fir-rigward ta’ entità inqas sinifikanti taħt superviżjoni, ikun hemm bidla sostanzjali eċċezzjonali fiċ-ċirkustanzi li tkun relevanti sabiex tiġi ddeterminata s-sinifikanza fuq il-bażi tal-kriterju tad-daqs, l-NCA relevanti għandha tirrevedi jekk għadux issodisfat jew le l-livell minimu tad-daqs.

Jekk isseħħ bidla bħal din fir-rigward ta’ entità sinifikanti taħt superviżjoni, il-BĊE għandu jinvestiga jekk għadux issodisfat il-limitu minimu tad-daqs.

Bidla sostanzjali eċċezzjonali f’ċirkustanzi relevanti sabiex tiġi ddeterminata s-sinifikanza fuq il-bażi tal-kriterju tad-daqs għandha tinkludi kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin: (a) il-fużjoni ta’ żewġ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew aktar, (b) il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ taqsima sostanzjali ta’ negozju, (c) it-trasferiment ta’ ishma f’istituzzjoni ta’ kreditu b’mod li din ma tibqax tappartjeni lil grupp taħt superviżjoni li għalih kienet tappartjeni qabel il-bejgħ, (d) id-deċiżjoni finali li jsir l-istralċ ordnat tal-entità (jew grupp) taħt superviżjoni, (e) sitwazzjonijiet fattwali kumparabbli.

Artikolu 52 2

2.   Entità inqas sinifikanti taħt superviżjoni u, fil-każ ta’ grupp inqas sinifikanti taħt superviżjoni, l-entità inqas sinifikanti taħt superviżjoni fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti għandhom jinfurmaw lill-NCA relevanti dwar kwalunkwe bidla msemmija fil-paragrafu 1.

Entità sinifikanti taħt superviżjoni u, fil-każ ta’ grupp sinifikanti taħt superviżjoni, l-entità taħt superviżjoni fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti għandhom jinfurmaw lill-BĊE dwar kwalunkwe bidla msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 52 3

3.   B’deroga mir-regola ta’ tliet snin ipprovduta fl-Artikolu 47(1) sa (3), u fil-każ ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali inklużi dawk imsemmijin fil-paragrafu 1, il-BĊE għandu jiddeċiedi, b’konsultazzjoni mal-NCAs, jekk l-entitajiet taħt superviżjoni affettwati humiex sinifikanti jew inqas sinifikanti u d-data minn meta s-superviżjoni għandha ssir mill-BĊE jew NCAs.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0468
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.