3. Għal kull waħda mit-tliet istituzzjonijiet ta’ kreditu jew gruppi taħt superviżjoni l-aktar sinifikanti fl-Istati Membri parteċipanti, l-NCA relevanti għandha tipprovdi lill-BĊE b’rapport li jistabbilixxi l-istorja superviżorja u l-profil ta’ riskju f’kull każ, ħlief jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu jew il-grupp taħt superviżjoni diġà jkunu kklassifikati bħala sinifikanti.
Malli jirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-BĊE għandu jagħmel l-evalwazzjoni tiegħu stess. Il-BĊE jista’, għal dan l-iskop, jitlob lill-NCA relevanti biex tipprovdi kwalunkwe informazzjoni relevanti.