+Artikolu 66 Proċessi ta’ rieżami
---+Artikolu 66 1
---+Artikolu 66 2
---+Artikolu 66 3
---+Artikolu 66 4
---+Artikolu 66 5
|
Artikolu 66 Proċessi ta’ rieżami
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 66 1
|
1. Fir-rigward ta’ kull Stat Membru parteċipanti, il-BĊE għandu jistabbilixxi sal-1 ta’ Ottubru ta’ kull sena kalendarja jekk tliet istituzzjonijiet ta’ kreditu jew gruppi taħt superviżjoni b’impriża prinċipali stabbilita f’dak l-Istat Membru parteċipanti għandhomx jiġu kklassifikati jew le bħala entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni.
|
|
Artikolu 66 2
|
2. Fuq talba tal-BĊE, l-NCAs għandhom jinfurmaw lill-BĊE dwar it-tliet istituzzjonijiet ta’ kreditu jew gruppi taħt superviżjoni l-aktar sinifikanti stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti rispettivi tagħhom sal-1 ta’ Ottubru tas-sena kalendarja inkwistjoni. It-tliet istituzzjonijiet ta’ kreditu jew gruppi taħt superviżjoni l-aktar sinifikanti għandhom jiġu ddeterminati mill-NCAs fuq il-bażi tal-kriterji stipulati fl-Artikoli 50 sa 55.
|
|
Artikolu 66 3
|
3. Għal kull waħda mit-tliet istituzzjonijiet ta’ kreditu jew gruppi taħt superviżjoni l-aktar sinifikanti fl-Istati Membri parteċipanti, l-NCA relevanti għandha tipprovdi lill-BĊE b’rapport li jistabbilixxi l-istorja superviżorja u l-profil ta’ riskju f’kull każ, ħlief jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu jew il-grupp taħt superviżjoni diġà jkunu kklassifikati bħala sinifikanti.
Malli jirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-BĊE għandu jagħmel l-evalwazzjoni tiegħu stess. Il-BĊE jista’, għal dan l-iskop, jitlob lill-NCA relevanti biex tipprovdi kwalunkwe informazzjoni relevanti.
|
|
Artikolu 66 4
|
4. Jekk, fl-1 ta’ Ottubru ta’ sena partikolari, waħda jew aktar mit-tliet istituzzjonijiet ta’ kreditu jew wieħed jew aktar mill-gruppi taħt superviżjoni l-aktar sinifikanti fi Stat Membru parteċipanti ma jkunux ikklassifikati bħala entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni, il-BĊE għandu jadotta deċiżjoni skont it-Titolu 2 fir-rigward ta’ kwalunwke waħda mit-tliet istituzzjonijiet ta’ kreditu jew gruppi taħt superviżjoni l-aktar sinifikanti li ma jkunux ikklassifikati bħala sinifikanti.
|
|
Artikolu 66 5
|
5. L-Artikolu 52(3) għandu japplika kif meħtieġ.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0468
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|