+Artikolu 67 Kriterji għal deċiżjoni tal-BĊE skont l-Artikolu 6(5)(b) tar-Regolament MSU
---+Artikolu 67 1
---+Artikolu 67 2
|
Artikolu 67 Kriterji għal deċiżjoni tal-BĊE skont l-Artikolu 6(5)(b) tar-Regolament MSU
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 67 1
|
1. Il-BĊE jista’, skont l-Artikolu 6(5)(b) tar-Regolament MSU, jiddeċiedi fi kwalunkwe ħin, permezz ta’ deċiżjoni tal-BĊE, li jeżerċita direttament is-superviżjoni ta’ entità inqas sinifikanti taħt superviżjoni jew grupp inqas sinifikanti taħt superviżjoni meta dan ikun meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ standards superviżorji għoljin.
|
|
Artikolu 67 2
|
2. Qabel ma tittieħed id-deċiżjoni tal-BĊE msemmija fil-paragrafu 1, il-BĊE għandu jqis, inter alia, kwalunkwe wieħed minn dawn il-fatturi:
|
(a)
|
jekk l-entità inqas sinifikanti taħt superviżjoni jew grupp inqas sinifikanti taħt superviżjoni jkunux qrib li jissodisfaw xi wieħed mill-kriterji li tinsab fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament MSU;
|
|
(b)
|
kemm ikunu interkonnessi l-entità inqas sinifikanti taħt superviżjoni jew grupp inqas sinifikanti taħt superviżjoni ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu oħrajn;
|
|
(c)
|
jekk l-entità inqas sinifikanti taħt superviżjoni kkonċernata tkunx sussidjarja ta’ entità taħt superviżjoni li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fi Stat Membru mhux parteċipanti jew pajjiż terz u tkun stabbilixxiet sussidjarja waħda jew aktar, li jkunu wkoll istituzzjonijiet ta’ kreditu, jew fergħa waħda jew aktar fi Stati Membri parteċipanti, li minnhom waħda jew aktar tkun sinifikanti;
|
|
(d)
|
il-fatt li l-istruzzjonijiet tal-BĊE ma jkunux ġew segwiti mill-NCA;
|
|
(e)
|
il-fatt li l-NCA ma tkunx ikkonformat mal-atti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament MSU.
|
|
(f)
|
il-fatt li l-entità inqas sinifikanti taħt superviżjoni tkun talbet jew irċeviet indirettament assistenza finanzjarja mill-FESF jew l-MES.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0468
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|