+Artikolu 88 Proċeduri għan-notifika ta’ deċiżjonijiet
---+Artikolu 88 1
---+Artikolu 88 2
---+Artikolu 88 3
---+Artikolu 88 4
---+Artikolu 88 5

Artikolu 88 Proċeduri għan-notifika ta’ deċiżjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 88 1

1.   Il-BĊE għandu jinnotifika lill-partijiet dwar id-deċiżjonijiet li ġejjin mingħajr dewmien żejjed skont l-Artikolu 35:

(a)

deċiżjoni tal-BĊE dwar l-irtirar ta’ awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu;

(b)

deċiżjoni tal-BĊE dwar l-akkwist ta’ parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti f’istituzzjoni ta’ kreditu.

Artikolu 88 2

2.   Il-BĊE għandu jinnotifika lill-NCA relevanti mingħajr dewmien żejjed dwar id-deċiżjonijiet li ġejjin:

(a)

deċiżjoni tal-BĊE dwar applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu;

(b)

deċiżjoni tal-BĊE dwar l-irtirar ta’ awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu;

(c)

deċiżjoni tal-BĊE dwar l-akkwist ta’ parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti f’istituzzjoni ta’ kreditu.

Artikolu 88 3

3.   L-NCA għandha tinnotifika lill-applikant għal awtorizzazzjoni dwar id-deċiżjonijiet li ġejjin:

(a)

abbozz ta’ deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni;

(b)

deċiżjoni ta’ NCA biex tiġi miċħuda l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni meta l-applikant ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet għal awtorizzazzjoni stipulati fil-liġi nazzjonali relevanti;

(c)

deċiżjoni tal-BĊE fejn joġġezzjona għall-abbozz tad-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni msemmija f’(a);

(d)

deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni tal-BĊE.

Artikolu 88 4

4.   L-NCA għandha tinnotifika lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni nazzjonali relevanti bid-deċiżjoni tal-BĊE dwar l-irtirar ta’ awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu.

Artikolu 88 5

5.   Il-BĊE għandu jinnotifika lill-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) b’kull deċiżjoni tal-BĊE biex tingħata jew tiġi rtirata awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu kif ukoll b’kull skadenza ta’ awtorizzazzjoni. Meta jagħmel dan, il-BĊE għandu jispeċifika r-raġunijiet għad-deċiżjonijiet dwar l-irtirar ta’ awtorizzazzjoni jew għall-iskadenza ta’ awtorizzazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0468
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.