1. Sabiex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet ikollhom fis-seħħ arranġamenti ta’ governanza robusti, u mingħajr preġudizzju għal-liġi relevanti tal-Unjoni u dik nazzjonali u l-Parti V, entità sinifikanti taħt superviżjoni għandha tinnotifika lill-NCA relevanti dwar kwalunkwe bidla fil-membri tal-korpi ta’ tmexxija tagħha fil-funzjonijiet maniġerjali u superviżorji tagħhom (iktar ‘il quddiem il-“maniġers”) fi ħdan it-tifsira tal-Artikoli 3(1)(7) u 3(2) tad-Direttiva 2013/36/UE, inkluż it-tiġdid tat-terminu tal-kariga tal-maniġers. L-NCA relevanti għandha tinnotifika lill-BĊE dwar kwalunkwe bidla ta’ din ix-xorta mingħajr dewmien żejjed waqt li tinfurmah dwar il-limitu ta’ żmien sa meta deċiżjoni għandha tittieħed u tiġi nnotifikata skont il-liġi nazzjonali relevanti.