1. B’mod konformi mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament MSU, l-NCA jew l-NDA relevanti, meta tkun beħsiebha tapplika tali għodod, għandha tinnotifika l-intenzjoni tagħha lill-BĊE għaxart ijiem tax-xogħol qabel it-teħid ta’ tali deċiżjoni. Minkejja dan, jekk NCA jew NDA jkun beħsiebha tagħmel użu minn għodda makro-prudenzjali, hija għandha tinforma lill-BĊE kemm jista’ jkun malajr dwar l-identifikazzjoni min-naħa tagħha ta’ riskju makro-prudenzjali jew sistemiku għas-sistema finanzjarja u fejn possibbli dwar id-dettalji tal-għodda maħsuba. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi kemm jista’ jkun dettalji speċifiċi dwar il-miżura maħsuba, inkluża d-data ta’ applikazzjoni maħsuba.