+Artikolu 104 Skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni fir-rigward tal-użu ta’ għodod makro-prudenzjali minn NCA jew NDA
---+Artikolu 104 1
---+Artikolu 104 2
---+Artikolu 104 3
|
Artikolu 104 Skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni fir-rigward tal-użu ta’ għodod makro-prudenzjali minn NCA jew NDA
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 104 1
|
1. B’mod konformi mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament MSU, l-NCA jew l-NDA relevanti, meta tkun beħsiebha tapplika tali għodod, għandha tinnotifika l-intenzjoni tagħha lill-BĊE għaxart ijiem tax-xogħol qabel it-teħid ta’ tali deċiżjoni. Minkejja dan, jekk NCA jew NDA jkun beħsiebha tagħmel użu minn għodda makro-prudenzjali, hija għandha tinforma lill-BĊE kemm jista’ jkun malajr dwar l-identifikazzjoni min-naħa tagħha ta’ riskju makro-prudenzjali jew sistemiku għas-sistema finanzjarja u fejn possibbli dwar id-dettalji tal-għodda maħsuba. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi kemm jista’ jkun dettalji speċifiċi dwar il-miżura maħsuba, inkluża d-data ta’ applikazzjoni maħsuba.
|
|
Artikolu 104 2
|
2. In-notifika tal-intenzjoni għandha tiġi pprovduta mill-NCA jew NDA lill-BĊE.
|
|
Artikolu 104 3
|
3. Jekk il-BĊE joġġezzjona għall-miżura maħsuba minn NCA jew NDA, il-BĊE għandu jiddikjara r-raġunijiet tiegħu għal dan fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara l-ġurnata meta jirċievi n-notifika tal-intenzjoni. Dik l-oġġezzjoni għandha tkun bil-miktub u għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-oġġezzjoni. L-NCA jew l-NDA għandha tikkunsidra debitament ir-raġunijiet tal-BĊE qabel ma tipproċedi bid-deċiżjoni kif meħtieġ.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0468
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|